Il-bierah gejt mistieden mill-Logotenent Kurunell Brian Gatt, Kmandant Servizz tad-Detenzjoni, biex inzur d-Detention Center gewwa Lyster Barracks wara talba li kont ghamilt lill-awtoritajiet.
Irrid nghid li wara l-vizita xorta bqajt konfuz fuq il-kuncett ta’ ‘detenzjoni’ u anke dwar jekk il-mod kif Malta qed tapplika r-regoli internazzjonali humiex l-unika mudell jew il-mudell li ghandna nibqghu nimplimentaw.
Hareg bic-car ukoll il-kumplessita’ f’ dawn is-sitwazzjonijiet, b’ hafna stejjer ta’ tbatija kbira fejn tara litteralment il-feriti f’ wicc dawn il-persuni li jkunu sofrew f’ pajjizhom stess jew waqt il-vjagg huma u gejjin. Kien car ukoll it-toqol li qed igorru dawn l-immigranti li jinstabu f’ detenzjoni.
Il-hidma tal-NGOs, il-Ministeri varji, l-Armata, il-Pulizija, id-Detention Services, is-servizzi tas-sahha, il-Kummisarjati, l-Agenziji tal-iStat huma bhal xibka kbira li forsi jonqosha l-koordinazzjoni nazzjonali biex nassiguraw aktar efficenza u allura l-process bhala konsegwenza jithaffef u ma jkunx hemm bzonn li n-nies jibqghu jghixu f’ detenzjoni aktar min-necessarju.
Madankollu, kelli l-liberta’ ndur fejn irrid waqt il-vizita tieghi, nitkellem ma’ min irrid minghajr l-ebda sikkatura, xkiel jew restrizzjoni.
Wara l-vizta ta’ kwazi 3 sieghat, jien nixtieq nelanka dan li gej:
- L-impenn tas-Surgent Maggur tal-Pulizija Charles Galea bniedem kuxjenzjuz, ghandu people management skills inkreddibli, jimmanigja in-nies (kemm staff kif ukoll residenti) bl-aktar mod gentili, assiguranti u sod. Jaf jisma’, juza r-rizorsi umani u ohrajn li ghandu biex jimmasimizza s-servizzi li jinghataw il-persuni li huma taht detenzjoni. Ghandu r-rispett tal-immigranti irregolari. Rajt gesti ta’ rispett li f’ dan il-qasam ftit jew xejn rajt.
- Hemm igene ta’ livell aktar milli accettabbli. L-indafa hija impressjonanti, fil-kmamar fejn jorqdu, fl-areas komuni u fil-kmamar tal-banju u t-toilets.
- L-immigranti jinghataw servizzi ta’ sahha tajbin, bil-file mediku taghhom aggornat sal-anqas farka, tabib kuljum, vizti l-isptar kif mehtieg u ufficjal mara li takkumpanja lil nies immigranti f’ detenzjoni waqt il-vizita tat-tabib.
- Diversi immigranti qed jinghataw lezzjonijiet tal-Ingliz bl-ghajnuna ta’ programm tal-EU u ohrajn qed jibdew juzaw librerija ta’ kotba li qed tigi aggornata bil-mod il-mod bl-ghajnuna tal-UN.
- L-istores tad-Detention Center huma attrezzati bir-rizorsi kollha mehtiega ghall-hajja ta’ kuljum. Kull resident jinghata dak kollu li ghandu bzonn minghajr problema ta’ xejn.
Is-Surgent Maggur tal-Pulizija Charles Galea u t-team tieghu ghandhom it-tifhir kollu tieghi.
Read also:

Kemm avzajtom min qabel biex hallewk tidhol?
Ghamilt appuntament, ghaddejt mic-channels li kelli nghaddi u rrid nghid sibt kooperazzjoni kbira….
Mela ma tahsibx li certu Ngos ipingu sitwazzjoni hafna iktar ghar milli hi biex jiehdu iktar fondi li alla biss jaf fejn imorru?
HI Malcolm, ….hemm detention centers u detention centers Mal – jekk inti taf b’ dawn ic-cirkostanzi [li semmejt] (li jistghu ikun qed jigru jew graw) let me know u naghmel cert li l-informazzjoni tasal fejn ghandha tasal