Il-mod kif naraha jien hija semplici hafna.
Ashih huwa r-risposta ta’ dak kollu li huwa tajjeb fil-bniedem.
Jekk wiehed jahseb u jirrifletti ftit x’ jiddistingwi l-bniedem it-tajjeb minn dak hazin jasal ghal dawn il-konkluzjonijiet fil-fehma tieghi; 
• Il-bniedem it-tajjeb huwa dak li ma jichadtx l-gheruq tieghu imma lanqas ikun skjav ta’ dawk l-gheruq.
• Il-bniedem it-tajjeb huwa dak li jaghraf l-gheruq tieghu fejn huma nfilsati, ma jinhebiex u ma jahbix lilu nnifsu.
• Il-bniedem it-tajjeb huwa dak li jaghraf jislet il-mumenti sbieh tal-hajja bhala l-punti ta’ referenza fil-memorja tieghu.
• Il-bniedem it-tajjeb huwa dak li jaghraf l-iskala tal-valuri tieghu imma li jirrispetta l-kejl li jimxi bih haddiehor.
• Il-bniedem it-tajjeb huwa dak li jaghmel kull ma jaghmel b’ passjoni, bi grinta, b’ sahha u b’ konvinzjoni anke jekk l-kuntrarju jkun qawwi kontra tieghu.
• Il-bniedem it-tajjeb huwa dak li f’ mumenti fejn hemm id-dlam u t-tbatija ma jkunx qed ifittex lilu nnifsu.
• Il-bniedem it-tajjeb huwa dak li kapaci jivvaluta kull membru tal-komunita’ bhala uniku u tant importanti li ghandek taghmel minn kollox biex tipprotegih.
• Il-bniedem it-tajjeb huwa dak li ghandu rispett generazzjonali.
• Il-bniedem it-tajjeb huwa dak li ma jarax il-bzonnijiet tieghu f’ mumenti kritici.
Dan huwa, bla dubju ta’ xejn il-profil ta’ Ashih u ma tigix bhala sorpriza li dan iz-zghazugh irnexxilu jwassal messagg tant qawwi lill-Poplu Malti. Ma huwiex sorpriza lanqas li dan il-bniedem anke diversi xhur wara mewtu jibqa’ jispira lin-nies, jibqa’ fl-imhuh tan-nies, jibqa’ punt ta’ referenza.
Jekk hemm sitwazzjoni li lili tghaggibni hija li din il-persuna anonima, li f’ kuntest pubbliku u popolari hadd ma jafha, saret mudell ta’ kif ghandna nghixu u nmutu.
Il-kobor tas-socjeta’ taghna hija maghmula mill-integrita’ u l-qawwa ta’ dawn in-nies ‘ckejknin’.
Aqra wkoll dan l-artiklu fuq it-Torca
Dr Azzopardi, imma kif lanqas għandek paċenzja tistenna r-rapport tal-maġistrat dwar il-mewta traġika ta’ Ashih?
HI Louise , Grazzi tal-posting…..hallik mid-Dr – jien ikkumentajt fuq is-simbolizmu ta’ dak li gara Louise….