Home

L-Orrizont tirraporta: Aghfas Hawn

Wara li l-Kummissjoni Ewropea (KE) talbet lill-Gvern Malti biex inaqqas l-ispiża tiegħu b’0.59%, jew aħjar madwar €40 miljun, issa jirriżulta li l-parti l-kbira mill-fondi li naqqas il-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubbliku u l-Familja huma relatati mal-familja jew servizzi lil dawk l-iktar fi bżonn.

Meta fil-Parlament kien mistoq­si mid-Deputat Laburista Carmelo Abela biex jagħti rendikont tat-tnaqqis fil-ministeru tiegħu, il-Ministru Chris Said qal li l-Gvern se jnaqqas €220,000 mill-qasam tal-ġustizzja, €85,000 mill-konsultazzjoni u €1,380,000 mill-familja.

L-iktar li ntlaqtu kienu l-fondi tal-familja fejn jirriżulta, fost oħrajn, li l-ikbar tnaqqis kien lill-aġenziji Sedqa u l-Appoġġ fejn il-flus allokati għal tal-ewwel tnaqqsu b’€130,000, minn €2,600,000 għal €2,470,000, waqt li  dawk għall-Appoġġ tnaqqsu b’€178,000, minn €3,550,000 għal €3,372,000.

It-tnaqqis fil-fondi għal għaq­diet volontarji kien ta’ €100,000, minn €2,920,000 għal €2,820,000, waqt li tnaqqis ieħor ta’ €100,000 sar fil-konfront tal-programmi Fejda u St  Jeanne Antide, żewġt idjar li jieħdu ħsieb persuni fil-bżonn, li raw il-fondi tagħhom jonqsu bejniethom minn €750,000 għal €650,000.

Bl-istess ammont tnaqqsu l-fondi għall-High Support Ser­vices, servizz ta’ għajnuna soċjali mat-tfal, biex issa għalihom hemm fondi ta’ €803,000 flok €903,000.

B’€50,000 tnaqqsu l-fondi għas-Sapport, aġenzija li tgħin nies b’diżabilità jgħixu kemm jista’ jkun ħajja indipendenti, u għall-Out of Home Care Programme li huwa servizz ta’ għajnuna għal tfal u żgħażagħ li ma jistgħux jgħixu mal-ġenituri tagħhom.

L-entitajiet tal-Gvern ukoll intlaqtu minn dan it-tnaqqis tal-fondi bl-iktar milquta tkun l-Aġenzija Sapport li rat il-flus allokati għalih jinżlu bi kważi miljun ewro, eżattament €947,000, fejn minn €8,120,000 l-ammont allokat lilha niżel għal €7,173,000.

Il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja rat il-baġit allokat lilha jinżel b’€5,000, minn €100,000 għal €95,000, waqt li l-fondi allokati għall-Kummissjoni Kontra d-Droga naqsu bi €3,000, minn €60,000 għal €57,000.

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali (FSWS) kellha tnaqqis ta’ €5,000, minn €93,000 għa €88,000, waqt li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità tnaqqsulha €48,000, minn baġit ta’ €761,000 għal wieħed ta’ €713,000.

Il-Kummissjoni għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza kellha tnaqqis ta’ €13,000 fil-baġit tagħha, minn €260,000 għal €247,000, waqt li anke l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal tnaqqsulu l-fondi b’€9,000, minn €180,000 għal €171,000.

Il-Bord tal-Pariri għat-Tfal u l-Persuni Żgħażagħ kellu tnaqqis ta’ €4,000, minn €88,000 għal €84,000, mentri l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji ra l-fondi tiegħu jonqsulu bi €3,000, minn €70,000 għal €67,000.

B’hekk minn €30,806,000 fondi li kienu ġew allokati għall-familja fil-Baġit 2012, issa dawn niżlu għal €29,426,000.

www.andrewazopardi.org

 

 

2 thoughts on “Somebody tell me this isn’t bloody true: ‘IL-GVERN JAQTA’ €1.3m MILL-BAGIT TAL-FAMILJA’ L-Orrizont

  1. Meta qrajt dan ir-rapport bqajt iccassat ghaliex ghadni s’issa ma rridx nemmen li wasalna naghmlu dawn l-affarijiet! Kif jista’ jkun li wiehed inaqqas il-flus lil min veru ghandu bzonnhom u li bihom qieghed jipprova jghin lill-fqir u lill-batut. Tajjeb, mela l-ewwel naghmlu kampanja shieha sabiex neqirdu l-faqar u l-eskluzzjoni socjali u issa naslu sabiex noholqu l-faqar ahna stess! Certament illi jekk riedu jitnaqqsu l-ispejjes tal-pajjiz ma jitnaqqsux b’dan il-mod. Kulhadd jaf min fejn setghu jitnaqqsu! Huwa verament tal-misthija li tkompli ggieghel lil min qed diga jbati jkompli jbati u jbati izjed! Dejjem jekk dak li nkiteb huwa veru.

    Like

  2. L-anqas biss nista nemmen!!! umbad ghaliex tezisti l-eskluzjoni socjali! fejn meta persuna li ghanda bzonn l-istat, jghidila hu naqa ta’ pacenzja ta imma issa najnek is-sena diehla, ghax li jien niekol u nitpaxxa minn fuq dar il-poplu orajt imma int tista tistenna u tista taghmel sagrificji u toghqod attent minn certi affarijiet… kif nistaw norqdu jew nieklu komdi meta nafu hemm nies li qieghdin batu??? meta dawn huma maltin bhalna…. jew sa l-istrina kapaci naslu? hemm bzonn ta qawmien minn din il-kultura ta’ legemonija li qieghdin nghixu fiha…

    Like

Many thanks for your comments...keep posting...

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s