Home

Il-bierah waqt il-programm Jaqblu – Ma jaqblux fuq l-RTK immexxi tajjeb hafna minn Karl Wright, Peppi u Dun Anton flimkien ma’ Karl ghamlu referenza ghall-artiklu tieghi li deher fit-Torca tal-Hadd li ghadda, ‘Id-dizabilita’, settur fix-xifer?’

Huma ma qablux mieghi li l-qasam tad-dizabilita’ mhux ghaddej minn zminijiet felici anzi skond Peppi u Dun Anton qalu li l-affarijiet sejrin tajjeb.  In fatti ghamlu referenza ghal dan li gej fost ohrajn;

  • Li hemm il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’ Dizabilita’ li tivvettja l-permessi kollha tal-bini;
  • Li hemm il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’ Dizabilita’ li tipprocessa u tiehu azzjoni fuq kull ilment;
  • Li fl-iskola tat-tifel ta’ Peppi l-LSA’s ghandhom dedikazzjoni shiha;
  • Li hemm zaghzugh li ghandu dizabilita’ sensorjali (u ma jistax jara) u ghandu kelb li jiswa hafna eluf ta’ Ewro, li jghinu biex jibqa’ jattendi l-Univerista’ ta’ Malta.

F’ certa sens Peppi u Dun Anton nifhem li jghidu hekk, nifhem li jharsu lejn stejjer ta’ success, li jien nemmen bis-shih li hemm f’ dan il-qasam, imma ma nistghux nghidu li l-frawli kollu tajjeb jekk doqt frawla jew tnejn!

Jien fil-fatt on air ergajt tlabt lil Peppi, kif tlabtu diversi drabi, fuq it-telefon u permezz ta’ l-email, biex jaghmel programm fuq dan il-qasam, biex jinvestiga, biex jidhol fil-qalba tal-issues.  Imma kif ghamilt accenn ghalih fl-artiklu, il-qasam tad-dizabilita’ mhux fuq l-agenda nazzjonali u allura sa certu punt, sfortunatament, nifhem li Peppi ma jaghmilx programm fuq din it-tema, ghax mhiex popolista u ghax ma tbieghhx reklami.

Jien nixtieq inkompli naghmel ftit riflessjonijiet ghal beneficcju ta’ Peppi, Dun Anton u ta’ dawk kollha li ma jaqblux mieghi li din l-agenda tinstab fi krizi:

  • Jafu li l-Gvern naqqas iktar minn 400,000 Ewro fil-budget tal-Agenzija SAPPORT;
  • Jafu li minn Univerista’ ta’ eluf kbar ta’ studenti, ftit jew xejn hemm studenti b’ dizabilita’ – zgur mhux 10% tal-popolazzjoni, li tkun tirrispekja l-poplazzjoni tal-persuni b’ dizabilita’ fis-socjeta’ taghna;
  • Jafu kemm tfal qed jintbaghtu lura d-dar waqt il-hin tal-iskola ghax l-iskola ma tkunx taf kif tihhandiljahom;
  • Jafu kemm studenti bl-autism qed jintbaghtu d-dar minhabba li ma jistghux jifhmu u jimmanigjaw l-imgieba taghhom (ghandi ismijiet ta’ skejjel partikolari);
  • Jafu kemm jiswew l-assessments minn professjonisti (u x’ racket hemm minn xi whud) u xi pressjoni finanzjarja hemm fuq il-genituri;
  • Jafu x’ waiting list hemm l-isptar ghat-terapija u ghall-assessments tas-CDAU;
  • Jafu dwar in-nuqqas ta’ rizorsi li hemm fl-MCAST ghal dawn l-istudenti;
  • Jafu li l-persuni b’ dizabilita’ ma jistax ikollhom sess ghax huma kkonsidrati a-sesswali;
  • Jafu kemm persuni b’ dizabilita’ m’ ghandhomx hbieb u jinstabu izolati;
  • Jafu kemm persuni b’ dizabilita’ mhux jithallew jidhlu fi klabbs go Paceville;
  • Jafu kemm genituri huma ffrustrati li ma jafux x’ha jsir minn uliedhom wara li jispiccaw mill-iskola sekondarja;
  • Jafu li xi studenti b’ dizabilita’ (li jkollhom LSA one-to-one) fil-primarja qed jithallew id-dar waqt zmien l-ezamijiet;
  • Jafu kemm genituri huma anzjuzi ghax mhemmx bizzejjed alternattivi fejn jistghu jghixu persuni b’ dizabilita’ wara li l-genituri jigu nieqsa;
  • Jafu li diversi NGOs ha jitnaqqsulhom il-flus ghall-operat taghhom;
  • Jafu l-problemi li hemm fil-koordinazzjoni tal-LSA’s u xi problemi jinholqu meta l-LSA’s ikunu sick;
  • Jafu kemm huwa kbir il-proporzjon ta’ persuni b’ dizabilita’ li huma minghajr xoghol u kemm minn dawn il-persuni qed johorgu unemployable mis-sistema;
  • Jafu kemm persuni b’ dizabilita’ huma izolati fid-dar ghax m’ ghandhomx fejn imorru u s-servizzi tat-trasport ghadhom mhux jilhqu l-aspetattivi taghhom;
  • Jafu kemm genituri huma ppreokkupati ghax m’ hawnx nies imharrga li jistghu jghinu lit-tfal taghhom;
  • Jafu kemm hawn bankini u infrastruttura li ma tippermettix li persuni bi problemi ta’ mobilita’ jmorru imqar sal-grocer;
  • Jafu x’ waiting list hemm biex persuni b’ dizabilita’ jidhlu fid-day centers;
  • Jafu kemm mhumiex accessibbli l-binjiet pubblici fil-Belt u f’ hafna postijiet ohra.

Peppi u Dun Anton huma vittmi ta’ narrattiva selettiva li qed turi s-successi limitati u tinsa l-hafna ucuh li  huma invizibbli, mwarrba u waqt li qed ntaptptu fuq l-ispalla ta’ xulxin u nghidu kemm ahna bravi dawn il-persuni u l-familji taghhom qed isofru fis-silenzju u b’ qalbhom maqtugha.

Jien ha nkompli nissielet!

http://www.andrewazzopardi.org

11 thoughts on “Peppi, Dun Anton, id-dizabilita’ u l-frawali!

  1. it isn’t true that the KNPD jiehdu passi fuq kull ilment. u qed nirreferi ghal ilment serju hafna. He told me to write a letter to the Minister and send him a copy :-) Ahjar nidhak minflok nibki.

    We always concern ourselves with “able” disabled people and NEVER with an ever-growing sector of people who are so seriously disabled that all they can do by themselves is BREATHE.
    …. and I’m talking basic stuff here… like physiotherapy. Or perhaps xi proxmu “professjonali” ghal xi counselling.

    Like

  2. Naqbel hafna Andrew mal-kummenti tieghek.
    Hemm hafna ohrajn li tista’ zzid, bhal per ezempju id-dewmien biex jigu mwettqa l-policies dwar l-impiegi (KNPD, 2009/10), dwar il-ghejxien independenti issapportjat (KNPD, 2011); meta ha tigi ratifikata il-Konvenzjoni tal-UN tad-drittijiet…. Jien ma kontx ikkummentajt dwar l-artiklu tieghek ghax dehrli li kont rajtu (jew xi haga simili hafna) xi snin ilu!!
    Il-Ligi Maltija biex tirranga il-Ligijiet li kienu kontra l-Konvenzjoni kienet wahda mill-ftit li ghaddiet mill-Parlament dan l-ahhar; damu 4 snin biex issir abbozz taghha, li imbaghad kellha bzonn emendi sostanzjali fl-ahhar.
    Il-wicc u l-spazju pubbliku tal-qasam tad-dizabilita’ hu mehud mill-qrid u storbju ghall-finanzi u karita’ minn dawk li jisparpalaw il-miljuni u li ma jaqdux il-bzonnijiet veri. Dan id-duhhan jahbi il-qaghda tassew tal-qasam.

    Like

  3. Xi hadd baghtli din l-email privata – qed innehhi l-ismijiet, imma ghandi d-dettalji kollha:

    Hi Andrew ,
    I wish to relay to you the current situation at private schools ,
    At age 10 if a child does not fair well in core subjects ( maths,maltese,english) , she is relagated to a class that starts preparing them for paper b matsec, which FUCKS any chance of going to university for them .Parents choice is either start sending them to pl or take a large spiky cactus and insert it up head’s behind, i prefer the latter but to avoid arguments with my wife , i do the former.
    Every school is employing a child therapist who discovers in a large percentage of children a learning disability , disability my ass , they do it, not to find themselves redundant .Obviously this results in special classes with a low self esteem for the child . Luckily me and my wife are well versed in psychology so a face to face usually solves it .
    If there is a real problem with the child , then its torture . My wife’s cousin has a slightly autistic child , ‘a particular school’ in ‘a particular village’ told her to keep the child at home.
    The bullying at ‘another school’ is horrible , my eldest who is now 18 , was constantly bullied, when he was 10 i was much wilder , so i usually took matters in my own hand or to put it more accurately , my fist had some encouters with their parents.
    please look into these points
    regards

    Like

  4. Another comment by Michael Debattista (https://www.facebook.com/#!/azzopardi70/posts/422822881066633?notif_t=share_comment)

    Prosit tassew, Andrew: Ilqatt il-musmar f’rasu. Certa realtajiet li semmejt inti nesperjenzahom jien….Wiehed ma jistax jitkellem fuq din it-tema tad-dizabilita fuq livell superficjlali: Sfortunatament certa personalitajiet fil-media lanqas ghandhom l-icken idea ta’ xi tfisser li jollok dizabilita. Nammetti qas jien stess ma nsejjah ruhi espert – minkejja li jien persuna b’dizabilita – ghax kuljum dejkem titghallem xi haga gdida.

    Keep it up, Andrew :)

    Like

  5. Biex qieghed tistagheb, mhux kullhadd jafa l’Agenti tal-Coach / Kunduttur peppi Azzopardi!

    L’Agenda tieghu u ta’ L’istazzjon “Nazzjonali” , li hu ghamel tieghu mhux necessarjament l’Agenda tan-Nazzjon…anzi pjuttost Agenda tal-Partit NAZZJONalista!

    M’ilux kien sfidat fuq il-Program Inkontri minn Jeffrey Pullicino Orlando ghal konfront bejnu, il-Business partner ta’ Peppi , Lou Bondi u Peppi ( ex-Coach ta JPO stess)!

    SFIDA LI la Peppi u lanqas Lou qatt ma accetaw! Ghamlu il -PBS ir-regim taghhom bir-remote minn Gonziopm!

    Like

  6. Li ha nikteb hawn ha niktbu ghax ma niflahx ma nitkelimx. Jien ma nidejaq xejn nejd li jien persuna b’dizabbilta fizika u ma nidejjaq xejn insemmi il kundizzjoni tieghi li hija spina bifida. Ghalfejn ma nidejaqx ghax jien bis sahha tal genituri tieghi konna kapaci nirbhu din is sitwazjoni. Pero mhux kulhadd furtunat daqsi li jsib sahha morali li tghinu jeleb dawn l-affarijiet li jista jghaddi persuna b dizabilta minna fil hajja. Jien bhal ma jafu hafna nies qed nahdem fuq progett li jismu Breaking Limits u dan il progett qed nuza il medju tal Arti biex ahna bhala persuni b dizabilta kapaci nkunu integrati fis socjeta facilment u kapaci nofru hafna izjed milli hu mahsub. Il-pjanijiet tieghi huma kbar u bhal ma qtajt qabel min xejn f hajti kolla sissa mux ha naqta qalbi milli flimkien ma persuni ohra nghamlu bidla. Jiddispjacini nghid li nisma nies bhal Peppi jitkellem hekk minhabba li fil ftit cans li kelli nitkellem ma Peppi tkelimna b mod apert hafna u nista nghid li kien il-gost tieghi nitkellem mieghu. Pero kif qed jghid Andrew mux kull frawla ijja tajba u lanqas kull frawla li tider tajba min barra hija tajba tista tkun imhasra min gewwa. Jien persuna li ghext id dizabilta dawn lahhar 25 min mindu twelit u hadd hlif persuni bhali jistu jitkelmu fuq dak li jhossu u jaraw. Barra min hekk min mindu bdejt nahdem ma persuni li ghandhom din il-kelma “dizabilta” li lanqas biss naqbel li tibqa tinkiteb u tisemma jien ghamilt habib ma hafna. U dawn il problemi tahsbuwhom zghar imma huma enormi bhal ” Jafu li l-persuni b’ dizabilita’ ma jistax ikollhom sess ghax huma kkonsidrati a-sesswali u Jafu kemm persuni b’ dizabilita’ m’ ghandhomx hbieb u jinstabu izolati”. Naf li dan mhux fil kaz tieghi ghax jien ninsab f relazjoni u hbieb ghandi ukoll imma jien ma jimpurtanix minni in nifsi jien irrid li l-ohrajn ikunu bhali. Dan inaqqas ic cans li persuni jghixu izjed hielsa u jinqaflu go gagga u miniex ingibhom bi kbar naf fic cert li qed inkisru parti mis socjeta. Jien naf fic cert li xi darba jew ohra Peppi u Dun Anton jifmu il punti tghana. Miniex neskludi li saru affarijiet tajbin imma ghad fadal hafna u hafna x issir. Dejjem nibqa nacenna li l-edukazjoni ghanda sahha tbiddel il vizjoni ta kulhadd. Minhabba li it tfal ghandhom jitghalmu li persuna b dizabilta ijja listess bhalhom u jekk tinbidel il vizjoni ta tfal tghana ha tinbidel il vizjoni tad dinja tal futur. Jien bhalhekk Andrew ha nibqa nissielet sa l-ahhar nifs li Alla jogbu jtijni.

    Like

      • Tista zzid li minhabba li t-tfal jintbaghtu d-dar/meta LSA sick jibqghu d-dar ecc kif jistghu jahdmu z-zewg genituri?? Nafu li f’dawn ic-cirkustanzi huwa aktar difficli ssib min joqghodlok mat-tfal biex tmur tahdem. Allura jizdiedu aktar il-problemi finanzjarji fil-familja li diga’ tkun mghobbija bi spejjez iktar minn familji ohra minhabba dawn ic-cirkustanzi. Nsemmi biss il-hsieb li tibghat tifel summer school li ghandu bzonn LSA. Fejn genituri ta’ tfal ‘typical’ jigu mitluba jhallsu l-ispiza tas-summer school li tvarja bejn 100 u 250 euros ghal 8 gimghat, ghal tfal li jridu LSA ma dawn trid izzid madwar 500 euros ohra ghax LSA trid thallasha mill-but.. u r-rota tibqa ddur cirku vizzjuz…

        Like

  7. Pingback: Il-frawli ta’ Peppi u Dun Anton … u d-dinja ‘ta’ vera’! | Andrew Azzopardi | 'Ghandi x' Nghid' (I have something to say)

Many thanks for your comments...keep posting...

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s