Home

Xi haga fuqek

SB:  Missier ta’ zewgt itfal, avukat specjalizzat fl-istudji Ewropej u membru tal-Parlament Ewropew.

Ghalfejn avukat?

SB: Dejjem kienet il-holma tieghi, minn meta kont zghir. Li niddefendi d-drittijiet ta’ xi hadd, specjalment xi hadd li saret ingustizzja mieghu, hija haga li taghtini sodisfazzjon u din hadtha mieghi anki fil-kamp Ewropew u fil-politika.

Ghalfejn dhalt fil-politika? X’ kien dak/dik li xprunak/xprunatek tidhol ghal politika?

SB: Dhalt fil-poltika minhabba l-kwistjoni tal-Unjoni Ewropea. Qieghed fil-politika minhabba l-Ewropa u mhux fl-Ewropa minhabba l-politika.

Ghalfejn l-PN?

SB: Ghaliex kien il-partit li kellu l-vizjoni u l-kuragg li jkun favur l-Ewropa.

Fil-fehma tieghek il-politika hija mahmuga?

SB: Le. Il-politika hija servizz nobbli ghax permezz taghha tghin lil haddiehor. F’dan is-sens mhix differenti minn missjonijiet nobbli ohra. Huma xi nies li jhammgu l-politika u jaghtuha isem hazin minhabba l-agir taghhom. Izda dawn issibhom f’kull professjoni u xoghol. Mhux fil-politika biss.

Tahseb li l-poplu ghad ghandu rispett lejn il-’klassi’ politika?

SB: Jien ghandi x-xorti li n-nies iwaqqfuni u jifirhuli ghax-xoghol li naghmel. Anki jekk issa ilni membru tal-Parlament Ewropew ghal tmien snin. Pero’ nhoss li, b’mod generali, ir-rispett tan-nies lejn il-politici naqas u mhux zdid maz-zmien. Xi kultant inhossni sahansitra skomdu fil-politika minhabba f’hekk.

Wara dak li rajna jsehh f’dawn l-ahhar xhur fi hdan il-PN u gewwa l-Parlament kif tahseb li impatta fuq l-opinjoni pubblika?

SB: Ir-rispett kompla jonqos.

X’ inhi l-opinjoni tieghek ta’ Dr Muscat?

SB: Mhux se niggudikah fuq livell personali.

Fuq livell politiku inhoss li huwa kapaci jibni image izda ma jikkonvincinix fuq is-sustanza politika. Difficli wiehed jghid x’jista jsarraf Muscat bhala Prim Ministru. Trid jew timmagina jew tirriskja. Li nafu zgur huwa li diga ha bosta pozizzjonijiet politici zbaljati ghall-ahhar dwar oqsma importantissimi li jaffettwaw il-futur taghna, mill-Unjoni Ewropea ghall-ewro, mill-VAT sal-immigrazzjoni. Allura ghaliex ghandek tirriskja bil-futur tat-tfal tieghek?

Ghad fadal lok illi n-nies jitkellmu ma’ xulxin fil-privat meta inti rrevelajt diskursata li ghedt li kellek ma’ Dr Muscat? Ma tahsibx illi dan ghandu impatt fuq kif nirrelataw ma’ xulxin u jekk tnehhi din il-kordjalita’ inkunu tlifna hafna, meta kkonfermajt li kellek din il-konversazzjoni snin wara?

SB: Kien Joseph Muscat li, wara erba’ snin ta’ silenzju, cahad pubblikament li kien hu li ghadda l-informazzjoni lill-PN dwar JPO meta jien naf li kien hu ghaliex kien qal lili stess. B’hekk ma hallili l-ebda ghazla hlief li nikkonferma l-verita’ meta gejt mistoqsi minn Malta Today. Kieku baqa’ sieket hu kont nibqa’ sieket jien ukoll.

Ghalfejn il-PN wasal f’ din is-sitwazzjoni? Tort ta’ min dak li sehh, tal-ambizzjonijiet ta’ Dr Debono, ta’ Dr PulIicino Orlando u tal-Perit Mugliette jew ghax kellhom ragun u raguni?

SB: Onestament ma nafx kif u ghaliex ghax jien mhux membru tal-Parlament nazzjonali u allura ma segwejtx dak li gara mill-vicin.

Taqbel mal-mod kif Dr Beppe Fenech Adami kkonfronta lil Dr Franco Debono f’ diversi okkazzjonijiet? Din kienet parti minn stategija tal-PN?

SB: Kulhadd ghandu l-istil tieghu. L-istil tieghi huwa differenti minn ta’
Beppe. Hawn min jippreferi l-istil ta’ Beppe u hawn min jippreferi tieghi.

Tahseb li l-Cabinet seta kien aktar effettiv?

SB: Dan il-Gvern kien fost l-ahjar fl-ahhar 25 sena f’termini ta’ affarijiet li wettaq u ta’ ostakli li gheleb b’success. Dan il-Gvern zammilna l-livell tal-ghixien flok hallih imur lura kif gara f’bosta pajjizi ohra. Dan zgur li jfisser li l-kabinett hadem. Forsi kieku kien kabinett ftit akbar kien ikun sahansitra aktar effettiv.

Taqbel li hemm grupp zghir qrib il-PM li tawh pariri hziena u ‘dahhluh go hajt’ bil-pariri taghhom?

SB: Le ghaliex ma naqbilx li l-PM dahal f’hajt. Jekk xejn it-tmexxija tieghu zammet lill-pajjiz milli jidhol go hajt kuntrarjament ghal dak li sehh fil-Grecja, f’Cipru u f’pajjizi ohra. L-ahhar darba li kellna Gvern li dahhalna go hajt konna taht Gvern Laburista li dahhal is-CET flok il-VAT u li friza l-applikazzjoni ghal shubija fl-UE.

Kuntent bil-leadership fi hdan il-PN? Taqbel mal-kritika li qed issir fil-konfront tal-mod kif qed imexxi s-segretarju generali?

SB: Kieku ma kontx kuntent ma kontx naccetta l-inkarigu li taghni l-Prim Ministru bhala ‘delegat specjali’ tieghu. Dan ma jfissirx li jien naqbel f’kollox u kull meta ma qbiltx dejjem kelli l-liberta’ li nghidha, kemm gewwa u anki barra.

Kif jista’ johrog minn din is- sitwazzjoni l-PN?

SB: Jehtieg li l-PN juri li mhix kumbinazzjoni li Malta baqghet ghaddejja filwaqt li numru ta’ pajizi marru ‘l bahar. Jehtieg li nuru li mhux b’kumbinazzjoni li l-livell tal-ghixien taghna zamm jew mar ‘il quddiem meta f’pajjizi ohra mar lura. Dan sehh ghax hemm Gvern li jaf x’qed jaghmel. Jehtieg li l-PN juri li l-elezzjoni hija ghazla serja li taffettwa direttament il-futur tieghek u ta’ uliedek. Mal-PN taf fejn qieghed u mal-PL ma tafx. Hadd mhu lest jiehu riskju bil-futur tat-tfal tieghu.

Huwa fatt li inti parti mill-istrategy team tal-PN. X’ inhi l-ghajta elettorali taghkom? Fuqiex ha tigi bbazata l-kampanja? L-elezzjoni vera hija ‘targeted’ ghall-Ottubru?

SB: Mhux lok li naghtik l-istrategija tal-PN ghall-elezzjoni. Nghidlek biss li ahna mhux se naghtu walk-over. Id-data tiddependi mill-Prim Ministru u mill-maggoranza li jgawdi l-Gvern fil-Parlament.

Tarak leader tal-PN?

SB: Persuna ssir kap ta’ partit mhux jekk tara lilha nnifisha kap jew Prim Ministru izda jekk iriduha in-nies.

www.andrewazzopardi.org

2 thoughts on “Dr Simon Busuttil, MEP, PN, f’ intervista ma’ Andrew Azzopardi fis-SERJE | ‘Time To Answer’

  1. Pingback: Dr Simon Busuttil, MEP, jghid li l-politika mhiex mahmuga | Andrew Azzopardi | 'Ghandi x' Nghid' (I have something to say)

  2. Pingback: Dr Simon Busuttil, il-kaz tal-Mistra (JPO) u l-Malta Today | Andrew Azzopardi | 'Ghandi x' Nghid' (I have something to say)

Many thanks for your comments...keep posting...

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Connecting to %s