Peppi ghamilli challenge wara l-blog post tieghi, Gejja xebgha xkupa | WATCH VIDEO
semmili Andrew programm wiehed f’dawn l-ahhar snin fejn jien ghamilt minn kollox biex instigajt lin nies u ghamilt spettaklu minnhom bl-
attegjament u ghajjat…fatti imma please mhux percezzjonijiet…
Jien hassejt li kelli inwiegbu hekk:
Qabel ma nwiegbek…inti bis-serjeta’ jew biex tipprova tghaddini kamin u tigbidli saqajja?
attegjament u ghajjat…fatti imma please mhux percezzjonijiet…
Ikolli nghid li Peppi qed jghid il-verita. Il-problema b’Xarabank hi li kull Gahan imur hemm u jahseb li l-fehma tieghu hija valida daqs kull opinjoni ohra. Meta jkollok nies li la huma maturi fis-suggett li dwaru jkun il-programm u qajla huma maturi psikologikament, ir-rizultat hu xi haga bhal Xarabank – bl-ghajjat u l-mutetti kollha.
Peppi mhux ibleh. Jaf xi jridu jaraw in-nies u jaghtihulhom.
Denja li tinfetah Skol kiesha
Rueben int tarah Xarabank?
Iva Peppi, kieku ma ktibtx li ktibt.
Andrew, jien staqsejtek isemmi il-programmi fejn jien instigajt u ghamilt spettaklu minnhom bl-attegjament u ghajjat… ghadek ma tajtx ezempju wiehed….. forsi meta ingabru tliet kwarti ta miljun ewroa ghan nies fil-bzonn f’din is sena biss? Forsi meta morna f nofs il-Gwerra tal-Libja jew meta gibna lil latif li kien id-double tat-tifel ta Saddam Hussein, li dwaru ghamlu film u li wara kiteb fuq il-facebook li ” mar fuq hafna programmi televizivi fid-dinja fosthom il-BBC, CNN izda il-professsjonalita’ u l-impenn tat-team ta’ Xarabank kien l-aktar professjonali u inghata il-liberta jghid dak li ried” Forsi meta ghamilna programm dwar il-mard mentali jew il-programm tad-droga li fih il-Caritas wara l-programm ikollha zieda qawwija ta’ kazijiet godda ghal kura…persuni li jkunu raw Xarabank u ghamlu kurragg biex jiehdu l-kura….Forsi ghax gibna lil Priministru live Xarabank u inghaqadna ma’ protesta li kienet qed isehh dak il-hin fit toroq tal-Belt bin-nies mill-folla isemghu lehinhom mal-Priministru? Forsi meta dan l-ahhar gibna l-istorja umana tas-Sirjani li ghandhom lil huthom fl-aghar attrocitajiet fis-Syria? Staqsi kemm -il persuna giet isemma lehinha f’Xarabank u iccaqalqu l-affarijiet u kemm ohrajn l-anqas maslu sa Xarabank izda nghinuhom xorta ghax hekk nemmnu li huwa id-dritt taghhom minghajr ma jkollna ghalfejn inxerduhom fil-media. Andrew, int li tant titkellem fuq il-persuna b’dizabilta’ infakrek li Xarabank huwa l-unika programm li jkun trasmess fuq zewg channels biex f’wiehed minnhom ikollu is-sign language. Nista nkompli jekk trid, bl-ezempji konkreti…..
L-attidtudni ta’ qdusija tieghek helwa wisq
Your usual deviant self….Inti qed isemmi temi – jien qed nirreferi ghal stil…
Vera ta, inti qatt ma nqdejt bil-mistiedna tieghek biex taghmel programm, biex ikollok il-viewers u biex inti tiehu l-paga.
Vera ta, inti qatt ma nqdejt bl-eccentricita’ tan-nies biex taghmel programm, biex ikollok il-viewers u biex inti tiehu l-paga.
Vera ta, inti qatt ma nqdejt bl-udjenza biex taghmel programm, biex ikollok il-viewers u biex inti tiehu l-paga.
Vera ta, inti qatt ma jkollok f’ mohhok s-sensazzjonalizmu biex ikollok il-viewers u biex inti tiehu l-paga.
Vera ta, inti qatt ma tiddeciedi ma titrattax certa temi, ghax mhux necessarjament jigbdu l-udjenza kbar (anke jekk il-kawza altru milli gusta)
Nahseb ahjar tibda x-xandar dan il-programm fuq ic-channel tal-Vatikan ghax give but no take inti….
U ejja Pep, inti taf, jiena naf li inti tinqeda bin-nies, bil-hajjiet tan-nies, bl-esperjenzi u l-ugiegh tan-nies biex imbaghad fil-ghaxija tnizzel is-soppa fl-istonku tieghek u ta’ madwarek… Li tghid li inti pur u vergni naqa esagerazzjoni. Min m’ghandux dnub jitfa’ l-ewwel gebla…
Andrew ippruvajt tghaddi kamin lil dawk in-nies li kienu fil-video jiggieldu u pericthom bhal ma ghamlu ohrajn…. nahseb hadd minna qatt ma telghulu u rreagixxa bhal dawk in-nies imma ma kien hemm hadd jigbed il-video…..forsi ghax nafu naghmluha mod iehor u flok hafna ghajjat u xkupi nuzaw il-pinna biex incapsu lil poltici per ezempju u nivvintawhom kemm jista jkun fuqhom….forsi naghmluha wara l-hitan tad-djar taghna biex imbghad nohorgu fit-triq nitkazaw b’dawk in-nies li rajna fil-video…. x’ipokrezija
Tassew l- itjeb silla tajtom jieklu lin- naghag
Peppi, fil waqt li naqbel mieghak li mhux sew li inwaqghu lil hadd ghac cajt, nahseb li kien hemm diversi drabi li sar dan fuq Xarabank. Biex twaqqa persuna ghac-cajt m’hemmx ghalfejn tigbed xi video bil mohbi. Tista iggibu fuq il-programm tieghak, iccirkondat min esperti tal fehma opposta u statistici u ricerki tal WE.
Ezempju ta dan: (U mhux ser nghati ezempju politiku biex ma nidhlux f’dak il- qasam kull darba) Darba ghamilt programm fuq dawk li jaqraw ix-xorti. Waqt li naqbel mighek li dawn huma kollha dahk fil wicc, irridu nghidu li il-programm kien immirat biex jirredikola li Yoda. Kientet imdawra b’esperti (Qassisin Katolici kollha tal fehma opposta) u ftit setghet tghid minghajr ma twaqqa lilha innifisha ghac cajt. Possibli li xarabank ma setax isib persuni naqra iktar kapaci biex jitkelmu fisem dawk li jaqraw ix-xorti( Anke jekk minn barra minn Malta).
Tifmunix hazin, minhiex xi wiehed li jemmen f’dawn l’affarijiet, pero nemmen li jekk ser issir argument, ghandu jkun ibbilancjat u mhux bi skop li tkisser u tumilja lil xi hadd. Uzajt dan l-ezempju ghax kien l-iktar ezempju car li ma kienx fuq politika
U xi nghidu ghal meta jigu mwaqfqa nies il-Belt, u kumbinazzjoni in-nies ta certu oppinjoni ikunu kollha b’livell ta’edukazzjoni baxxa u pjutost hamalli. Dawn in-nies mhux nuzawhom qeghdin biex nghamlu punt? Ghax jekk ir-risposta ta’ dawn in-nies kienet invalida, ghaliex intweriet? biex nuru kemm huma injoranti? Min jaf kemm ikun hemm nies li jghatu risposti validi u ma jintwerewx (jiena gejt imwaqqaf darbtejn mill crew ta Xarabank u qatt ma dehrt) umbadd ingibu xi wahda tghajjat bla snien li anqas biss fehmet il-mistoqsija.
Pingback: ‘Xarabank’ ha jsir ‘Popemobile’ | Andrew Azzopardi | 'Ghandi x' Nghid' (I have something to say)
Att Andrew Pisani. Ghidt li ahna gibna xi fortune tellers u dawwarnihom b’esperti biex nirredikolawhom. Nirredikolawhom? Ma tarax. Kif tista tirredikola persuni li jabbuzaw bin-nies u jitfawhom f’xebgha inkwiet? Ha nghidlek zewg stejjer minn hafna li gibna fuq Xarabank. Baghtna persuna ghand medium biex taghmel maghmul (ovvja biex naraw x jigri) Talbtiha 500 lira biex lil persuna l ohra tqabbadha kancer. Taf li hawn min ihallas dawn il-lfus? Taf li imbghad il persuna li fuqha suppost ikun sar il-maghmul issir taf u tmur ghand l istess medium thallas LM500 ohra biex tnehhih u kif tkun hemm taf ukoll thallas LM500 ohra biex jaghmlulha wiehed fuq dik il-persuna li tkun ghamlet maghmul fuqha. (Naghmilha cara li f dan il-kaz ma kienitx il-YODA, ghax int semmeitha u naf nifthieme hazin. . U ahna anyway ma gibniex ismijiet tal-mediums u fortune tellers ghax dejjem bil-principju li nuru l-ingann minghajr ma nuru l-persuni).
Storja ohra. Familja li mietilhom misserhom. Ommhom anzjana tghix wahedha. Sofriet hafna it telfa ta zewgha. Kienet imma ghaddejja hajja normali meta f’daqqa wahda bdew jinnutaw li ommhom ma kienitx qed tixtri ikel u hwejjeg u bzonnijiet ohra. Din damet sejra xi sena sakemm skoprew li ommhom kienet qed tmur ghand medium (li nerga nghid mhux il YODHA) u tant kienet qed thallas flus li ma kienx baqala biex tiekol. Mijiet ta’ liri. Dan il-medium kien webilha li qed tikkomunika ma’ zewgha (li kien it tifel il-kbir tal-medium jirrexta ta zewgha) u miskina din kienet thossha kuntenta ghax kien jghidilha li qieghed il-genna u li qed jimissja u l-akatr haga oxxena kien dejjem jghidilha biex terga tikkonika mieghu malajr ghax ghandu bzonn it-talb u l-ghajnuna taghha. U din il-mara miskina ghexet fil-mizerja u minghalija li qed tkellem lil zewgha. Ghidli Andrew, dawn kif nistghu inkunu newtrali quddiemhom.
Taf li hemm tfal ta 14 -il sena li jmorru ghand fortune tellers u jwerwruhom? Dan mhux abbuz? Taf li gieli jghidulhom affarijiet li veru jigru ghax tant jemmnuhom li tistpicca self fulfilling prophecy? Wahda mill-Fortune Tellers ippruvajt twaqqafna milli nghidu x’kien gara dokumentat meta morna ghandha. Fethet il-Qorti l-urgenza. Is-sentenza kienet mhux biss li ghadna d-dritt li ingibhuhom izda , sond il-Qorti, ghadna obbligu li nikxfu dan l-ingann.
Fuq il-voxpos naccertak li qatt ma naghzlu biex in nies jaqghu ghac-cajt izda veru li anghzlu kummenti kuluriti izda hafna minhom ikunu jbaqbqu ghax ma jkunux gejjin minn xi hadd li ghamel xi studju izda minn min ikun ghex l-esperjenza. Jekk tista tghidli meta intervistajnik u ma dehertx nkun nista niccekja u nispjegalek x gara.
Grazzi hafna tal-kritika tieghek.
Qisek ghandek xi haga ghall-Andrew-ijiet u ghal min jaghmel xi studju, ara inti ma mortx l-Univerista’…jew mort? Jew gibt il-BA fil-Komunikazzjonijiet u kwalifika ohra fis-social studies….jew qed nithawdek ma’ xi hadd iehor?
Xi darba ghidilna ghalfejn din il-kantaliena kontra l-akkademici u min jistudja…mela dawn mhux esperjenzi ukoll ikollhom? Mela dawn mhux ugiegh u problemi jkollhom? Mela dawn mhux sehem ukoll jippruvaw jaghtu? Jew dawn tajbin biss biex ikunu parti mill-panel, il-bqija fejn tiflah taqlaghlhom?
Ajma issa ghedtlek minn Xarabank missek taghmlu Popemobile u issa flok Peppi naghmlek Pope-pi….
Att: Peppi Azzopardi. Naqbel mighek li dawn il-fortune tellers jaghmlu hsara kbira u ma kelli l-ebda simpatia ghal dawn in-nies. Pero, irridu nghidu li f’dak il-programm, l-’outcome ‘ kien decizz qabel ma beda il-programm u mhux wara. Jiena ma nemmen bl-ebda tip ta magija sewda, pero anke jekk tfittex fuq ‘Google’, issib li ila tezisti ghal eluf ta snin u tigi pratikata madwar id-dinja kollha. Possibli ma stajtux issibu persuna li kapaci jitkellem ahjar f’dak is-sugget biex id-diskussjoni tkun ibilancjata?
Jiena nifmek ghaliex inti xogholok huwa li iizid l-udjenza u mhux li tkun xi xempju ta x’inhu gust u ghalhekk skantajt meta ikritikajt il-Blog ta’ Andrew Azzopardi. Inti tkun taf li dak il-persuna ser jofri ‘entertainment’ u allura tistiednu. Issa jekk jumilja lilu innifsu, affari tieghu.
Nista nghatik diversi ezempji ohra: ghaliex (specjallment wara ir-riforma tal Arriva) Dr. Austin Gatt u Manwel Delia ma dehrux fuq Xarabank? Ghax malli jifthu halqom, jghidu affarijiett li tal ‘One ‘ news jghamlu xalata bihom. Ara nies bhal Tonio Fenech, Tonio Borg u Lawrence Gonzi, ghax huma nies media friendly, xbajna narawhom.
Mill banda l-ohra, nies bhal Jason Azzoprdi (LP), fi zmien meta kien l-iktar urtat, deher kemm il-darba, u qal diversi cucati, u tan ‘NET’ ghamlu xalata bih.
Niftakar qabel ma bdiet il-Kampanja tad divorzju, kellek diversi programmi fuq dan is-sugget. Niftakkar darba stidint li Dr Adrian Vassallo u Marlene Pulicino ghal PL u lil Georg Sapiano ghal PN. Ma jidirlekx li dawn in-nies ma jirriflettux id-direzzjoni tal partiti rispettivi taghhom fuq dan is-sugget. Pero, bhala bniedem liberali, inti hassejtek iktar komdu hekk.
Ezempju iehor: Meta kien hemm zmien li il-poplu kien irrabjat hafna fuq l-ingustizzji tal wardens, inti ghamilt programm fuq hekk. Pero stidint lil nies li tilfu lil xi hadd f’incident tat traffiku, li qasmu il-qlub tat telespettaturi kollha. (li dawn ma kellomx x’jaqsmu direttament mas sugget) Mil banda l-ohra, ghal dawk li kienu kontra is-sistema tal wardens kien hemm nies bhal DJ Banana(li ghamel iktar hsara milli gid ghal dawk ta kontra is-sistema). Waqt il-programm, mortu tiffilmjaw kemm il-Maltin jsuqu b’laddocc pero ma ffilmjajtux kemm tista taqla citazzjoni bla sens. Kemm hemm tabelli mohbijja wara is-sigar, wardens jistahbew wara il-kantunieri. Possibli il-crew ta’Xarabank ma rahhomx dawn l-affarijiet. Wara il-programm, ir-rabja tan nies naqset u mhux zdiedet. Dak kien l-iskop tal programm.
Allura x’inhu il-punt tieghi fuq dan kollu? Meta intkom tghazlu lin-nies ghal fuq il-programm, kollox ikun ikkalkulat u l’outcome ikun deciz qabel. Certu nies ma jindunawx li gew mistednin, mhux ghax huma kapaci, izda ghax tkunu tridu tirredikolawhom u l-oppinjoni taghhom. Ikunu qeghdin jghamlu iktar hsara milli gid ghal kawza taghhom stess. Allura dan mhux l-istess haga bhal video ta A.A.
Nahseb, kemm ili insegwi programmi ta diskussjoni Maltin, darba biss niftakar li il-programm mar kontra l-outcome mistenni u ipjanat mil prezentatur. Dan kien fid diskussjoni bejn Lou Bondi u Franco Debono. (Wara il-programm, Franco zied u mhux naqqas il-popolarita, il-kontra ta l-iskop tal programm)
Tfimnix hazin Pepp, din it-tattika issir min kul stazzjon, kemm Malta kif ukoll barra. Pero il-gurnalizmu qatt ma kien filantropija.
Grazzi Peppi talli ikkunsidrajt il-kummenti tieghi.
Att Andrew Azzopardi: Ahjar ma naqbadx mighek ukoll ghax tghidli li ghandi kontra l-Azzopardi-jiet.
Naqbel mieghek Andrew (Pisani) jiena dak li ghedt gej mill-fatti u mhux mill-percezzjoni. Inti bis-serjeta qed tghid li ahna ghamilna programm fuq il-wardens u hbejna x qed jaghmlu l-wardens? Taf li sahansitra kellna features u filmati u ritratti tal-wardens ipparkjati hazin? U mhux programm wiehed ghamilna fuq il-wardens. F’wiehed minnhom kelln is-sala kwazi kollha titkellem dwar ingutizzji li wetqu l-wardens. Ovvja li ngibu nies li minhabba t-traskuragni u l-ispeed zejjed jew xorb spiccaw tilfu lil uliedhom ghax xi hadd tajjarhom? Da zgur li kellu x jaqsam ghax jekk kulhadd jaghmel li jrid ikollna izjed vittmi tat-traffiku. Mhux veru li nies bhal Austin Gatt ma jkunux mistiedna fil-programm. Austin Gatt kien mistieden biex jigi jwiegeb ghal ta’l-Arriva, accetta li jigi imma dak in nhar idahhal l-isptar. Imbghad baqa rekorverat u dahal zmien il-Milied u l-issue kienet raqdet. Xorta ghadna ghaddejin sa issa niehdu l filmati u nsegwu x inhu jigri ghax iridu naghmlu follow-up ta’ l-Arriva.
Lil Lawrence Gozni gibnih f’Xarabank meta kien hemm protesta live tal-Labour fuq l gholi tal kontijiet tad-dawl u l-ilma u l kwistjoni ta’ l-onorarja. Lil lawrence Gonzi stedinih quddiem sala haddiema li jumejn qabel kienu ghadhom kif tilfu ix-xoghol. lil Lawrence Gozni stedinih dak in-nhar li ghamel re-shuffle u l-inkwiet li spolda ma’ Franco Debono. Ma nahsibx li kienu okazzjonijiet sbieh fejn stedinna lil Lawrence Gonzi f’ Xarabank.
Fuq id-divorzju xtaqt infakkrek li l-ewwel programm li ghamel Xarabank 15 -il sna ilu kien dwar id-divorzju. Konna ahna li gibna lil Jeffrey Pullicino Orlando b mod esklussiv fl-ewwel dehra tieghu fuq it tv wara li ghamel il-mozzjoni privata. Taf li Deborah Schembri saret il-President tal Moviment IVA wara li JPO iltaqa maghha f Xarabank u wara cempilli jitlobni in-numru taghha? Semmejt lil Georg Sapiano u lil Adrian Vassallo f’Xarabank . Dawn kienu fi programm hafna qabel hlomna bir referndum. Kienu hemm ghax kienu interessanti li jkollna lil Adrian Vassalo minn naha tal-Labour ma jaqbilx mad-divorzju u lil Georg Sapianio minn naha tal-PN li kien jaqbel mad-divorzju.
Meta tghid li “Certu nies ma jindunawx li gew mistednin, mhux ghax huma kapaci, izda ghax tkunu tridu tirredikolawhom u l-oppinjoni taghhom.” veru qed tkun paternalistiku. X inti tghid, li dawn in-nies cwiec u li ahna il-bravi li nindunaw li huma ma indunawx? Jigiefieri int qed tghid li Adrian vassallo u Marlene Pullicino ma jifhmux li qed nistednuhom biex nirredikolaw l-opinjoni taghhom? Qed insemihom ghax semmejthom fil-kuntest.
Nerga nirringrazzjak ta’ l-analizi u l kritika.
Grazzi tar risposta Peppi. Rigward Lawrence Gonzi, vera li kien mistieden f’mumenti l-iktar difficli, pero dak huwa il-punt. LG dhere vera at home fuq xarabank u f’lebda hin ma deher dahru mal hajt. Il-Haddiema tal fabriki, ghalkemm irrabjati, ma nahsibx li ser jirbhu xi argument bil kliem kontra wiehed mil ahjar oraturi li kelna fil politika Maltija. Il-programm rajtu pjutost bhala ezercizzju tal PR li warajh ir-rabja lejn LG naqset u mhux zdiedet.
Rigward Austin Gatt, forsi sejjer zball, pero jien qatt ma rajtu fuq Xarabank. Rigward ir-riforma, seta mar Manwel Delia. Ma nahsibx li kien l-isptar ukoll. Kif nafu, AG kien ta spiss fic centru ta ‘gaffs’ kbar, mhux tal Arriva biss. It-Tender tal power station, l-ispeed cameras u il-kuntrattur li installom, Smart City u il-5000 impieg, il-mod anti demokratiku kif immanigja l-istrike tat trasport, il-mod kif stqar publikament li ghal din is-sena ser jikkoncentra fuq ix-xoghol tal partit u jghin li PBO waqt li jibqa jiehu il-Paga ta’ministru. Dawn biex insemmi xi ftit. Dawn xalata ta’programmi stajt taghmel bihom.
Rigward tal Wardens, ma naqbilx li dawk li tilfu lil xi hadd ghandhom x’jaqsmu. Jiena qatt ma smajt lil xi hadd igerger ghax wehel ticket ghax kien ghaddej b’velocita eccessiva esagerata. In’Nies igergru meta jaqilaw xi ticket ghax ikollhom ir-rota ta quddiem xi pied il-barra mill kaxxa bajda jew ikun hemm xi tabella ma taghmel l-ebda sens, sempliciment ghac-citazzjonijiet. Dawn is-sitwazzjonijiet ma jsalvawx hajjiet. Dawn huma ‘cash cows’.
Li ridt nghid rigward il-programm fuq id-divorzju li semmejt huwa li finalment, kif ghedt tajjeb inti, li intkom (il-WE) tiddeciedu liema direzzjoni ser jiehu il-programm, billi tiddeciedu lil min tistiednu. L-ghazla bejn nies bhal Dr. Adrian Vassallo jew Evarist Bartolo, u nies bhal Georg u JPO jew EFA, LG, AG jista ibiddel kompletament il-percezzjoni tan nies. Ghalhekk il-mistiedna huma kollha parti min jigsaw puzzle li flimkien jghamlu stampa li kienet deciza qabel il-programm. Allura mhux nuzawhom qeghdin lil dawn in-nies?
Il-Mistiedna mhumiex boloh, pero kollha ghandhom oppinjoni. Jekk tistedinhom, taf x’ser jghidu. Jekk jghidu kontra, turihom xi ‘clip’ fejn ikunu qalu kontra. Il-PL ghamel l-istess b’nies bhal JPO, Jesmond Migliett, Robert Arrigo, Franco Debono… Dawn kemm il-darba gew uzati mil PL biex jghidu dak li iridu jisimghu.
Mhux nifhem Andrew . Jigiefieri issa ghax bil-fatti wrejtek kemm lil Priministru Gonzi gibnih fi programmi difficli ghalih, issa tghidli imma dak oratur tajjeb u allura jmur tajjeb fil-programm. Imma skuzi ta. x qed tghid? Li ma ghadniex nistiednu lil Priministru ghax huwa oratur tajjeb ma jmurx jirnexxielu jipperswadi lin-nies favur il-politika tieghu? Tajba wkoll. U probabbli jekk , meta jkun programm difficli ghal Priministru, ma nistednuhx, tghidlna li ma stedinihx biex ma jkunx skomdu……
Grazzi dejjem
Andrew Pisani hux hekk?
Iva A.A. Nahseb lili qieghed jghid.
@Peppi: Forsi ma fimtnix. Jien li ridt nghid huwa li ammont ta’ haddiema go fabrika, huma kemm huma numeruzi, qatt mu ser jirbhu battalja bil kliem kontra avukat prim. dak m’huwiex xogholom. Dak kien xogholok. Il-Programm, jiddependi kemm ikun dificli ghal Prim fuq kemm tghamlu difficli inti. l-istess nistaw nghidu ghal folla li kienet il-belt fid demostrazzjoni. Jiena fdawn il- programmi, lil LG rajtu komdu ghall l-ahhar u lest brisposta ghal mistoqsijiet tieghek kwazi qabel ma ssaqsijhom. Dan jista jkun ghal tlett ragunijiet:
1) Il-Prim kellu ragun mija fil mija, u ir-raguni ma fijiex forza. Il-Poplu ried sempliciment li il-PM jispjegalna ezatti x’gara ghax ma konniex fimna.
2) Inti ma kontx kapaci ssaqsieh id-domandi it-tajbin u ibsin bizzejjed. (din l-inqas wahda li nemmen, ghax naf li inti kapaci fejn trid)
3) Jew li il-mistoqsijiet kienu preparati minn qabel biex jakkomodaw lil P.M u jservu bhala P.R exersize.
Inhalli lil kulhadd jiddeciedi hu liema jemmen. Jekk hemm xi raguni ohra li ma semmejtx hawn, jekk jghogobkhom, ziduwha.
Pero ejja narawha minn angolu differenti. Li kieku Joseph Muscat kien qieghed f’sitwazzjoni difficli, u John Bundi stiednu jmur fuq ‘Affari Taghna’ u f’dan il-programm, J.M jibqa frisk bhal hassa u jwiegeb il-mistoqsijiet kollha b’mod perfett, X’tassumi inti? Ma nahsibx li nghidu “Kemm hu tajjeb ‘Affari taghna’ ghax stieden lil Joseph f’liktar mumenti difficli”. F’dak il-kaz, J.M qieghed ‘home’
Il-kapacita, mhux li nisfida lil persuna, izda li nofrilu xi tip ta’rezistensa. Jien nista nisfida lil Mike Tyson ghal glieda umbad naqa mal-art mal ewwel daqqa. Xi jkun serva? Inkun servejt bhala PR stunt lil M.T biex nuri kemm hu bsahtu
Ha nghidlek Andrew (Pisani) L-ebda mistoqsija ta’ ebda gurnalist ma tista tkun aqwa minn dik ta esperjenza ta’ persuna. Hija l-esperjenza, ir rakkont taghha, , ir-realta taghha li tmissek u li impossibbli, jekk tkun sinciera, tirbhilha. Mara li tghid li kellha titfi l-freezer habba l-kont tad dawl izda mbghad ghandha kollox issetjat, liebsa ta’ l-ahhar ditta, ghamlet id-dwiefer biex giet fil-programm, tpejjep etc, mat titwemminx. U n nies icemplu biex jghidu li ma emnuhiex. Izda meta jkollok, kif kellna, nisa u rgiel li genwinament qed ibatu, li jqumu JIRRAKUNTAW lil Priministru, ibqa cert li l-ebda oratur ma jirbah dik is sitwazzjoni. Barra minn hekk Andrew fil-programmi li semmejt int ikollna wkoll lil rapprezentati tal-Partit LABURISTA fis-sala u fuq is-siggu hdejn il-podium, nistiednu gurnalisti tal-one jistaqsu….nahseb dawn ma jifthemux mal-Priministru wkoll, hux hekk? Andrew, sfortunatament f dan il pajjiz hawn wisq suspetti gejjin mill-ghira u minn dawk li ma jifilhux jaraw lin-nies normali jitkellmu, mill-esperjenza u jekk hemm bzonn iva jiccaligjaw lill-ghorrief li jitkellmu bl-istudji f’idejhom. Ta’ l-anqas Xarabank ta’ cans , minn 15 -il sena ilu, lil dik il-koppja li qabel tghidx kemm marru esperti f idsimha jghidu x istudjaw dwarha, titkellem. Mill-esperjenza. Forsi wkoll ghal ewwel darba wera li l-anqas l-esperti ma ghandhom il-verita b’cens perpetwu ghandhom ghax f’Xarabank ghal l-ewwel darba bdejna ingibu esperti ma jaqblux ma xulxin u jikkwotaw studji serji li jmeru lil xuxlin.
Nibqa nghidlek grazzi ghax inhoss li l-analizi tieghek, anke jekk bhala fatti ma nistax naqbel maghha, xorta hija punt ta’ diskussjoni importanti. Hafna minn dak li jinghad dwar Xarabank huwa rizultat ta’ percezzjonijiet. Issa percezzjoni mhix fatt fiha infisha izda l-konsegwenzi taghha jafu jkunu vera.
Naqbel mighek Peppi i l-istejjer tan-nies huma stejjer li jmissu il-qalb u ma jista jmerihom hadd jekk ikunu ghexu dik l-esperjenza personali. U infatti, hadd ma merihom. Dr. Gonzi qatt ma qal li il-kontijiet mhumiex gholjin jew li hadd mhu qieghed ibati bihom. Qatt ma qal li mhux vera li ammont ta’ nies tilfu xogholom user ibatu minhabba dan. Anzi dejjem empatizza u kompla ma dawn l-istejjer. Nahseb l-ebda membru parlamentari qatt ma dahaq jew mehra lil dawn in-nies. (Hlief Dr.Austin Gatt f’kaz partikolari, imma dak kaz ghalih. B’hekk inzommuh il-boghod mil cameras)
Jekk ser nitkelmu fuq il-kontijiet tad dawl, id-diskussjonijiet qatt ma kienu fuq jekk humiex vera gholjin. Ghalhekk huwa inutli li iggib elf persuna ixejru il-kontijiet tad dawl ghax dawn qed jghiduna is-sewwa maghruf. Id-diskussjoni hija fuq ta min huwa it-tort li dawn il-kontijiet huma gholjin, u hemmhekk il-poplu ftit jista jitkellem. Hawn hekk fejn jidhol ix-xoghol tal gurnalist investigativ. Li mhux biss jemmen dak li jghid xi poliikant izda jaghmel ricerka biex jivverifika.
Vera li jkun hemm gurnalisti tal ‘One’ u kelliema ghal LP, bhal ma jkun hemm kelliema ghal PN u gurnalisti tan-NET fuq programmi ta diskussjoni fuq il-ONE. Pero, ojrog il-ghageb, meta jsiru programmi fuq il-ONE, irrelevanti ta min ikollhom mistieden, dejjem donnhom jiehdu direzzjoni favur il-PL u fuq tal ‘WE’ bill-kontra. ghaliex? Ghax huwa il-prezentatur, il-prodducers ta dak il-programm li jiddeciedu liema direzzjoni ser jiehu il-programm u fej ser jasal. U dik hija il-kapacita tal-prezentatur. Li jistieden corma nies kollha ta opinjonijiet, johloq diskussjoni u jwassalha fejn irid hu.
U ghalhekk, wara din id-diskussjoni twila ta’ bejnietna, nergaw immorru lura ghal fejn bdejna. Bhal ma Dr. Andrew Azzopparddi jista jkun li inqeda b’zewg persuni jitghajru, prezentaturi fuq talk shows (nista nghidd kollha) jinqdew bil mistednin taghhom biex issahhu argument li riedu jwasslu huma stess. Dan bhal ma jigri fill qorti. Meta inti tigi msejjah biex tixhed, jekk isaqsik mistoqsijiet l-avukat tad-difiza, ser jiprova jsaqsik mistoqsijiet li trid u ma tridx, tkun qieghed tghin lil akkuzat, u jekk jahseb li inti mintix ser tkun ta’ghajnuna ghad difiza, ma jsejjahlek xejn. Ovjament, l-istess nghidu ghal prosekuzzjoni.
Il-Haga tant interressanti ta programmi ta diskussjoni huma li min qieghed jitkellem, mghandu l-ebda idea inti x’ghandek preparat ghalih. Jekk jghid li hu qatt ma mar il-belt, u inti ghadek ritratt tieghu il-belt, huwa f’idejk jekk turihx jew le. (dan ezempju u mhux kaz). Jekk inti trid issahhah dak li qal, tirrepeti dak li qal diversi drabii. Jekk le, kemm turi ir-ritratt. Id-diskussjoni tmur liema direzzjoni tridha int.
Tifimnix hazin Pepp, jien ghandi rispett kbir ghal nies li ghexu l-esperrjenzi u mghandekx ghalfejn tkun akkademiku biex titkellem. Jien stess gej min familja ta haddiema u inqis ruhi bhala haddiem. U haqqek vera prosit meta tghati l-opportunita lill Poplu biex isemma lehnu.
Pingback: Peppi Azzopardi jghid, ‘F’ dan il-Pajjiz hawn wisq suspetti gejjin mill-ghira’. | Andrew Azzopardi | 'Ghandi x' Nghid' (I have something to say)