Xi haga fuqek
TCC: Ma nafx minn fejn naqbad nibda. Nibda b’dak li hu l-aktar important f’hajti u cioe’ li jiena mizzewga u ghandna tifla ta’ hames snin. Bhala professjoni, ili nahdem bhala avukat ghal izjed
minn hmistax-il sena. Mhux biss nemmen fid-drittijiet fundamentali tal-bniedem imma wkoll naghmel minn kollox biex nara li dawn jitharsu. Ftit wara li ggradwajt, bdejt naghti lectures fil-Fakulta tal-Ligi ta’ l-Universita’ ta’ Malta u f’universitajiet barranin fosthom dawk ta’ l-Olanda u l-Germanja. Naghti sehmi wkoll fil-qasam ta’ l-ghaqdiet b’ghan socjali.
L-aktar haga li taghtini sodisfazzjon fil-qasam tax-xoghol tieghi hija li tpoggini ta’ kuljum f’kuntatt man-nies u ggieghlni niffacja l-hajja bit-tajjeb u d-diffikulatjiet taghha.
Ghalfejn dhalt ghal din l-professjoni? Ghalfejn l-passjoni ghad-drittijiet civili?
TCC: Jiena m’ ghaziltx biss il-professjoni ta’ avukat izda ghamilt ghazla preciza li nkun avukat fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Certament is-sitwazzjoni socjali u politika f’Malta fis-sebghinijiet u fit-tmeninijiet kellha ukoll effett fuq dak li jien illum; anzi nahseb effett kbir. L-avvenimenti ta’ dawn is-snin u esperjenzi ohra f’hajti gieghluni nistaqsi ghalfejn jezistu
certi ingustizzji u kif nistghu neghlbu dawn ic-cirkostanzi. Bhala zaghzugha hsibt li l-ahjar skills li nista’ nakkwista sabiex nipprova neghleb l-ingustizzji huma dawk ta’ avukat. Ghalhekk ghazilt il-professjoni.
Naturalment, jekk taghzel li tkun avukat ghal dan il-ghan, kienet konsegwenza naturali li niffoka fuq il-qasam tad-drittijiet fundamentali. Nahseb li dan il-qasam tad-dritt huwa l-aktar ghodda li flimkien mad-demokrazija tista’ tassigura d-dinjita’ tal-persuna.
Nemmen li l-akbar investiment li wiehed jista’ jaghmel huwa fid-dinjita’ tal-persuna. Jiena ghandi karatteristika li ma narax differenzi bejn il-persuni. Jien ghalija il-persuna li nkun qedgha nkellem mhix ragel jew mara, b’dizabilita’ jew le, professjonist jew haddiem, ta’ skola jew le; meta nkun qed nidhaddet ma’ xi hadd, jien nara biss persuna li ghandi nirrispettaha hi min hi. Forsi ghalhekk tweggaghni meta nara lil xi hadd qieghed jigi trattat ingustament.
Kif tanalizza s-sitwazzjoni tal-Qrati bhalissa? Hemm htiega ta’ riformi kif ilu jelenka Dr Franco Debono?
TCC: Jiena bdejt nidhol il-Qorti mis-sena 1997 u f’dawn is-snin rajt hafna kambjamenti. Il-Qrati huma parti kbira mil-magna tal-gustizzja izda bhal kull magna ghandha hafna partijiet. Ghandek
hafna partecipanti izda b’zewg stakeholders. Wiehed huwa l-individwu involut fil-proceduri u l-iehor is-socjeta’ generali. Ghalhekk jekk ghandna nitkellmu fuq riforma nahseb li jkollna nitkellmu fuq riforma fil-qasam tal-gustizzja kollha.
Matul is-snin jidhirli li riforma saret u ghadha ssir. Saru tibdiliet fil-ligi tal-procedura civili, gew imwaqqfa tribunali b’ kompetenzi differenti, gew irrangati postijiet diversi fil-bini tal-Qorti, zdiedu n-numru ta’ Mhallfin u Magistrati twaqqaf ic-centru ta’ tahrig. Dan huwa bizzejjed?! Tant huwa importanti dan il-qasam u tant huwa importanti li s-servizz tal-Qrati jkun wiehed efficjenti li jirrispetta d-drittijiet ta’ l-individwu , li ovvjament ir-riformi ghandhom ikunu kontinwi filwaqt li l-idejat l-godda jigu studjati.
Qatt kont f’ sitwazzjoni fejn kellek tiddefendi persuna li kont taf li hatja?
TCC: Nahseb li fil-professjoni ta’ avukat huwa l-klijent li jaghzel lill-avukat u mhux vici versa. L-avukat jippartecipa ukoll fir-rwol importanti li jassigura li gustizzja issir. Fl-ewwel lok jiena ma narax jekk persuna hix hatja jew le, dak huwa ir-rwol tal-gudikant. Ir-rwol tieghi huwa li nassigura li dik il-persuna qedgha tigi ggudikata ghar-reat li ghamlet fl-ambitu ta’ ligi li tirrispetta d-drittijiet fundamentali taghha.
Iva kont involuta fi proceduri kostituzzjonali ta’ persuni li gew misjuba hatja mill-Qorti Kriminali, izda jiena il-funzjoni tieghi hija li nassigura li jkun hemm stharrig mill-Qrati li dak il-process kien wiehed gust.
Liema huma l-minoritajiet li thoss huma l-aktar fix-xifer tas-socjeta’ taghna u li jinhtiegu l-attenzjoni?
TCC: Jiena naghti tifsiriet differenti ghat-terminu minoritajiet. Fil-ligi dwar l-ugwaljanza dan jirreferi ghal gruppi li jesperjenzaw diskriminazzjoni minhabba karatteristika. Il-ligi Ewropea dwar l-
ugwaljanza issemmi diversi gruppi li ghandhom jinghataw attenzjoni specifika ghaliex jesperjenzaw pregudizzju bbazat fuq is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, religjon, razza, dizabilita’ u eta’. Dawn il-gruppi gew ukoll identifikati fil-ligi Maltija.
Jiena verament ninhoss li ma ghandix naghzel grupp minn iehor ghaliex il-pregudizzju li individwu isofri minhabba diskriminazzjoni jista’ jkejjlu biss dak l-individwu. Jiena nenfazizza fuq il-principju ta’ l-ugwaljanza u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni ghal kulhadd.
Minoritajiet, fl-ambitu socjali, ghalija tfisser persuni li jigu immarginalizzati jew imwarba. Dawn mhux necessarjament ghaliex jesperjenzaw dik id-diskriminazzjoni li tiddefinixxi l-ligi, izda ghaliex ghal xi raguni jew ohra jinsabu mwarrba. Minn dawn nista’ nidentifika uhud, bhal persuni li ghandhom xi diagnozi psikjattrika, dawk iz-zaghzagh li minkejja l-eta’ zghira taghhom huma illitterati, dawk li ghandhom vizzju tax-xorb jew droga, tfal f’ sitwazzjonijiet prekarji. Dawn kollha jixirqilhom attenzjoni.
Ghalfejn il-politika u ghalfejn l-Partit Nazzjonalista?
TCC: Il-politika hija mezz iehor ta’ kif jiena nista’ nservi lis-socjeta’ u livell differenti ta’ kif nista’ nkompli naghti l-kontribut tieghi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali fuq firxa aktar wiesgha ghaliex fil-politika ma tindirizzax biss individwu partikolari.
Ghalija l-Partit Nazzjonalista kellu l-kuragg, li flimkien man-nies, gab zvilupp socjali kbir. Kien il-
partit li kien responsabbli ghall-ikbar tibdil politiku f’dan il-pajjiz: l-Indipendenza u l-Ewropa. Il-Partit Laburista dejjem kien fuq in-naha l-hazina ta’ l-Istorja. Illum insejna li kien il-Partit Nazzjonalista li welled id-demokrazija, liberta’ u l-gustizzja f’pajjizna. Nemmen li huwa Partit li investa fin-nies u l-persuna hija c-centru tal-politika tieghu. L-izvilupp socjali ma giex mix-xejn izda b’ hidma f’ oqsma differenti bhall-edukazzjoni, xoghol, ambjent, intrapriza. F’ dawn l-oqsma huwa car li l-persuna kienet il-qofol ta’ dan l-investiment u riformi billi mexa mal-principju ta’ l-opportunitajiet. Kull riforma u mizura kellha l-ghan li thalli lill-persuna timrah u sahansitra min kellu bzonn ghajnuna, saru mizuri sabiex din l-ghajnuna tinghata. Sabiex hadd ma jibqa’ lura.
Kienu l-mizuri ta’ Gvern Nazzjonalista li wasslu biex 20,000 student ggradwaw mill-Universita’ u l-MCAST f’dawn l-ahhar 4 snin; mhix koincidenza li intlahaq numru qawwi ta’ opportunitajiet ghax-xoghol, jew li setturi ta’ industrija godda bhas-servizzi finanzjarji jew l-avjazzjoni mexjin b’mod tajjeb f’ Malta. Ghandna rata gholja hafna ta’ uzu ta’ l-internet. Filwaqt li pajjizi ohra kwazi tfarku mil-krizi ekonomika, il-Gvern zied l-impjiegi. Dan huwa kollu frott ta’ hidma li investiet fil-poplu.
X’tixtieq ikun il-kontribut tieghek jekk tigi eletta?
TCC: Il-kontribut tieghi huwa dak li dejjem kien missjoni f’ hajti u cioe’ li f’ kull xoghol li naghmel
nassigura li l-persuna qedha tigi rispettata.
Fix-xoghol parlamentari l-aktar kontribut li wiehed jista’ jaghti lil pajjiz huwa li jiskrutinja kull kwistjoni minn perspettivi differenti. Il-kontribut tieghi certament li jkun il-partecipazzjoni attiva fix-xoghol parlamentari minn lenti ta’ avukat tad-drittijiet fundamentali u ta’ persuna li tisma’ il-htigijiet tan-nies.
X’tahseb li huwa l-gherq tal-konflitti fi hdan il-PN? X’ ghandu jsir biex dawn il-problemi jissolvu?
TCC: Il-Partit Nazzjonalista ihaddan il-principju tad-demokrazzija bis-shih u fih jilqa’ persuni b’ opinjonijiet u strategiji differenti u varji. Veru li saret enfazi kbira fuq ‘kunflitt’ u hadd ma jista’ jinnega li kien hemm xi konflitti ghaliex bhalek jiena ukoll qrajt dak li nkiteb fuq il-media. Pero’ fejn ohrajn jaraw kunflitti, jiena nara okkazzjoni ghal riforma. Il-kunflitti jgibu diskussjoni u kambjament u jippermettu lill-Partit jirrigenera lilu nnifsu. Id-diffikultajiet jistghu jigu sorvolati bil-hidma tal-persuni, individwi u ta’ l-istrutturi tal-Partit. Nemmen li l-Partit jaghmel tajjeb li jhajjar diskussjoni u pooling ta’ idejat varji mill-membri tieghu, hekk il-membri tal-Partit ghandhom jirrikonoxxu li f’kull process ta’ diskussjoni d-decizzjoni ahharija ssir mill-kollettiv u dik ghandha tigi rispettata.
Il-PN qed jipprogettak bhala avukat specjlizzata fid-drittijiet civili. Tahseb li qed jaghmel hekk il-Partit ghax hemm popolazzjonijiet li mhux jinghataw l-istess opportunitajiet fil-pajjiz?
TCC: Nahseb li qieghed jaghmel hekk ghaliex hekk jien.
Thoss li l-PN ghandu cans jirbah din l-elezzjoni li gejja?
TCC: Kif jindikaw is-sondaggi li gew pubblikati jidher car li l-Partit Nazzjonalista ghandu triq difficli. Nahseb li l-Partit kapaci jiffaccja d-diffikultajiet izda dan mhux necessarjament ikun bizzejjed sabiex iwaslu ghar-rebha. Min jirbah, hija f’idejn il-poplu li ghandu r-responsabbilita’ ta’ l-ghazla. Jekk il-poplu jaghzel il-moviment ta’ Joseph Muscat, ikun il-poplu li ghazel il-bahh. Mhux biss Muscat hu parlamentari bla voti imma wkoll bla politika.. Din mhix loghba football li l-aqwa li tirbah u tohrog ticcelebra. Minkejja zmien fl-Opposizzjoni il-Partit Laburista xorta ma harigtx b’ idejat godda u xorta rega’ qieghed joffri kandidati li kienu ministri tlettin sena qabel. Tant il-Partit Laburista mhux
ippreparat li l-policies li hareg bihom bhal living wage, refund tal-VAT fuq il-karozzi, il-wiehed u hamsin punt qisom indifnu qabel biss hareg il-programm elettorali.
Biss it-tigrija sal-barkun. Nittama li l-Partit Nazzjonalista jkun kapaci jikkonvinci lin-nies li hu joffri ghazla ahjar minn partit li irid biss jinghogob. Pero’ it-triq hija wahda difficli.
Fil-fehma tieghek il-PN fadallu x’ jaghti lil pajjiz jew wasal iz-zmien ta’ bidla?
TCC: Fiha nnifisha l-bidla mhix valur. Biex taghraf jekk wasalx iz-zmien ghal bidla trid tkun taf il-bidla x’se ggib.Il-bidla taghmel sens biss jekk tkun ghall-ahjar. Il-PN zgur li ghad fadallu x’jaghti lill-pajjiz ghax diga wera x’inhu kapaci jaghmel. Sa issa jidher li l-Partit Laburista ghadu ma qalx din il-bidla x’se tkun. Minn naha l-ohra l-Partit Nazzjonalista mhux biss jghid xi pjanijiet ghandu izda sahansitra ghandu ukoll progetti. M’iniex konvinta li l-Partit Laburista kapaci jgib il-bidla. Dan il-Partit rega’ qajjem nies li kienu fix-xena politika meta jien kont tifla zghira, bhal Karmenu Vella, Alex Sciberas Trigona, Joe Debono Grech, Leo Brincat. Din ma tfissirx bidla. B’persuni li kienu jippartecipaw fl-idejat tad-Deserta, tal-korpi tax-xoghol, tac-certifikat incova, li ma jkollniex computers, li ma jkollniex televisions tal-kulur!
Fil-kabinett tal-Gvern Nazzjonalista, mhemm hadd li kien ministru ghoxrin sena ilu. Il-Partit Nazzjonalista jiggedded kontinwament, Il-PN hu garanzija ghall-bidla ghall-ahjar. Haddiehor jemmen fil-kosmetika.
X’ kont taghmel differenti fil-mod kif giet gestita is-sitwazzjoni fi hdan il-PN?
TCC: Nahseb li s-sitwazzjoni fi hdan il-PN giet gestita b’mod korrett. L-uniku ghazla li Dr Gonzi m’ghamilx kienet li jirrizenja, ghax ra li elezzjoni wara tlieta, erba’ snin ma hijiex fl-interess tal-pajjiz. Nahseb li f’din is-sitwazzjoni, Dr Gonzi ftit li xejn kellu ghazliet ladarba tkun qed taggixxi f’sitwazzjonijiet mhux normali.
Ma nistax nghid li kont naghmel xi haga differenti dwar is-sitwazzjoni fi hdan il-Partit Nazzjonalista ghaliex jiena bhal hafna kont biss osservatur ta’ din is-sitwazzjoni. Pero’ certament li kont insegwi ir-regoli interni tal-Partit fejn dawn kienu japplikaw hekk kif ghamel Dr Gonzi.
X’ inhuma l-istrong points tal-Prim Ministru?
TCC: Dr Lawrence Gonzi ghandu d-don tal-vizjoni. Ma bezax mir-riformi bhall-bidla ghall-Euro, d-Dockyard u l-karozzi tal-linja. Min kien kapaci jwettaqhom? Setghu saru ahjar? Kulhadd gharef x’hin ipoggi fuq il-pultruna u jikkritika, izda dak li huwa ta’ min jammirah fil-Prim Ministru huwa li meta kien hemm il-bzonn li jagixxi hekk ghamel. Fir-riforma tas-servizz tal-karozzi tal-linja, diffikulatjiet
fis-sistema kif bdiet gew irrangati u baqghu jigu irrangati. Kien l-ewwel sabiex icanfar lil dawk li uzaw vjolenza kontra persuni vittmi ta’ diskriminazzjoni, kif beda l-glied fil-Libya mal-ewwel gharaf min kien haqqu s-support. Dr Lawrence Gonzi wera l-maturita’ tieghu ta’ persuna addattat ghat-tmexxija tal-pajjiz. Filwaqt li hu jaghraf is-sitwazzjoni prezenti, ikun diga fassal fejn flimkien mat-team tieghu, fejn irid li l-pajjiz li jasal.

certi ingustizzji u kif nistghu neghlbu dawn ic-cirkostanzi. Bhala zaghzugha hsibt li l-ahjar skills li nista’ nakkwista sabiex nipprova neghleb l-ingustizzji huma dawk ta’ avukat. Ghalhekk ghazilt il-professjoni.
ugwaljanza issemmi diversi gruppi li ghandhom jinghataw attenzjoni specifika ghaliex jesperjenzaw pregudizzju bbazat fuq is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, religjon, razza, dizabilita’ u eta’. Dawn il-gruppi gew ukoll identifikati fil-ligi Maltija.
partit li kien responsabbli ghall-ikbar tibdil politiku f’dan il-pajjiz: l-Indipendenza u l-Ewropa. Il-Partit Laburista dejjem kien fuq in-naha l-hazina ta’ l-Istorja. Illum insejna li kien il-Partit Nazzjonalista li welled id-demokrazija, liberta’ u l-gustizzja f’pajjizna. Nemmen li huwa Partit li investa fin-nies u l-persuna hija c-centru tal-politika tieghu. L-izvilupp socjali ma giex mix-xejn izda b’ hidma f’ oqsma differenti bhall-edukazzjoni, xoghol, ambjent, intrapriza. F’ dawn l-oqsma huwa car li l-persuna kienet il-qofol ta’ dan l-investiment u riformi billi mexa mal-principju ta’ l-opportunitajiet. Kull riforma u mizura kellha l-ghan li thalli lill-persuna timrah u sahansitra min kellu bzonn ghajnuna, saru mizuri sabiex din l-ghajnuna tinghata. Sabiex hadd ma jibqa’ lura.
nassigura li l-persuna qedha tigi rispettata.
ippreparat li l-policies li hareg bihom bhal living wage, refund tal-VAT fuq il-karozzi, il-wiehed u hamsin punt qisom indifnu qabel biss hareg il-programm elettorali.
Fil-kabinett tal-Gvern Nazzjonalista, mhemm hadd li kien ministru ghoxrin sena ilu. Il-Partit Nazzjonalista jiggedded kontinwament, Il-PN hu garanzija ghall-bidla ghall-ahjar. Haddiehor jemmen fil-kosmetika.
fis-sistema kif bdiet gew irrangati u baqghu jigu irrangati. Kien l-ewwel sabiex icanfar lil dawk li uzaw vjolenza kontra persuni vittmi ta’ diskriminazzjoni, kif beda l-glied fil-Libya mal-ewwel gharaf min kien haqqu s-support. Dr Lawrence Gonzi wera l-maturita’ tieghu ta’ persuna addattat ghat-tmexxija tal-pajjiz. Filwaqt li hu jaghraf is-sitwazzjoni prezenti, ikun diga fassal fejn flimkien mat-team tieghu, fejn irid li l-pajjiz li jasal.
Pingback: Il-Qrati skond l-Avukat Therese Comodini Cachia | Andrew Azzopardi | 'Ghandi x' Nghid' (I have something to say)
Raguni ohra ghala ma nivvutax il PN. il gvern ma ghandux ikun qisu social worker, dak jaghmlu l ngos tal karita. rigward vizzjoni li ghandu gonzi ahjar nidhaq flok nibki jew kif nghidu bil malti tidghi…. x vizjoni ghandu dr ??? li jkollna surplus? ma kienx jaf li gejja ricessjoni? vizjoni fuq il libja? ghadek tahseb li kienet l ahjar ghazla li zammejna mar ribelli. possibli ma tafx min qed jiffinanzja ir ribelli? il flus li slifna il grecja li se jigu duhhan. vizjoni ohra ta gozni? li jkollok prim jivvota kontra l maggoranza tal poplu fid divorzju? li jkollok prim jimxi fuq il valuri( jew nuqqas ta valuri tal kurja)…
nsomma il partit kissirtuh kif qalilkom John Dalli
Pingback: “Dr Lawrence Gonzi ghandu d-don tal-vizjoni” | Dr Therese Comodini Cachia | Andrew Azzopardi | 'Ghandi x' Nghid' (I have something to say)