Staqsejt hekk fl-intervista li ghamilt ma’ Therese Comodini Cachia fis-serje ‘Time to Answer’:
Kif tanalizza s-sitwazzjoni tal-Qrati bhalissa? Hemm htiega ta’ riformi kif ilu jelenka Dr Franco Debono?
TCC: Jiena bdejt nidhol il-Qorti mis-sena 1997 u f’dawn is-snin rajt hafna kambjamenti. Il-Qrati huma parti kbira mil-magna tal-gustizzja izda bhal kull magna ghandha hafna partijiet. Ghandek
hafna partecipanti izda b’zewg stakeholders. Wiehed huwa l-individwu involut fil-proceduri u l-iehor is-socjeta’ generali. Ghalhekk jekk ghandna nitkellmu fuq riforma nahseb li jkollna nitkellmu fuq riforma fil-qasam tal-gustizzja kollha.
Matul is-snin jidhirli li riforma saret u ghadha ssir. Saru tibdiliet fil-ligi tal-procedura civili, gew imwaqqfa tribunali b’ kompetenzi differenti, gew irrangati postijiet diversi fil-bini tal-Qorti, zdiedu n-numru ta’ Mhallfin u Magistrati twaqqaf ic-centru ta’ tahrig. Dan huwa bizzejjed?! Tant huwa importanti dan il-qasam u tant huwa importanti li s-servizz tal-Qrati jkun wiehed efficjenti li jirrispetta d-drittijiet ta’ l-individwu , li ovvjament ir-riformi ghandhom ikunu kontinwi filwaqt li l-idejat l-godda jigu studjati.