Xi haga fuqek?
AC: Ghandi 25 sena u bhalissa qed student postgradwat tal-Antropologija mal-Universita’ ta’ Malta. Membru fil-Moviment Graffitti ghal dawn l-ahhar 9 snin.
Ghalfejn ix-‘xellug’? Ghadu validu ix-xellug?
AC: Ix-xellug li nemmen fih jien huwa wiehed ‘radikali’. Forsi ghal hafna nies din hija kelma li tbezzgha, ghaliex jassocjawha ma’ xi haga ‘perikoluza’. Izda ghalija il-kelma ‘radikali’ tifsser biss ‘bidla mill-qiegh’ u tindika twemmin differenti minn dak li irid sempliciment riforma tas-sistema.
Nemmen li x-xellug radikali huwa validu ghaliex f’dinja fejn miljuni ta’ nies qed
jghixu fil-faqar, fejn hafna haddiema qeghdin f’kundizzjoni ta’ prekarjeta’, fejn hafna ma jistghux isibu xoghol, fejn il-qerda ambjentali ghaddejja b’rata allarmanti u fejn l-iktar drittijiet umani bazici mhux rispettati – nemmen li quddiem dan kollu hemm bzonn sistemi differenti mis-sistema kapitalista.
Ix-xellug huwa xi haga eterogenja immens, u daqstant iehor l-istorja tieghu. Ma ghandi ebda nostalgija ghall-Unjoni Sovjetika jew ghal ideologiji li, taht timbru jew iehor, jahsbu li se jgibu id-dinja taht sistema wahdanija fejn ‘issaltan il-gustizzja’. Izda nemmen li l-validita’ tax-xellug gejja mill-analizi tieghu fejn jara sistemi ta’ poter, sfurttament u oppressjoni taht dak li fil-hajja ta’ kuljum jigi prezentat lilna bhala ‘l-ordni naturali tad-dinja’. Ix-xellug jista’ jkun validu fil-battalji, kbar jew zghar, tieghu li jiggieldu dawn l-ingustizzji u li jaspiraw ghal iktar liberta’ u ugwaljanza.
Jista’ jkollok xellug veru u proprju f’ socjetajiet li qed dejjem jersqu lejn il-konsumizmu?
AC: Il-konsumizmu huwa wiehed mill-pilastri tal-kapitalizmu – il-bzonn li n-nies jixtru kemm jifilhu sabiex jikbru l-profitti ta’ min jikkontrolla il-produzzjoni. Izda il-konsumizmu ma jigix minghajr il-konsegwenzi tieghu, bhal ma huma il-qerda ambjentali u l-miljuni ta’ nies li jixtiequ jikkunsmaw (li jixtiequ ‘il-modernita’’) izda m’ ghandomx il-mezzi biex jaghmlu dan. Qed nghixu f’sistema globali fejn biljuni ta’ nies ghandhom fihom ix-xewqa li ‘jikkunsmaw’ izda fejn il-maggoranza taghhom qas ghandhom bizzejjed x’jieklu.
Min-naha l-ohra lanqas jien wiehed li nemmen li il-bniedem ghandu xi lista ta’ bzonnijiet oggettivi, u li l-bqija huma kollha bzonnijiet foloz. X’ jiddefinixxi ‘bzonn’ jiddependi hafna mill-kuntest individwali, socjali u kulturali. Izda ma nistghux nichdu li din is-sistema mhix sostenibli. Kieku kulhadd kellu jikkonsma daqskemm jikkunsmaw l-Ewropa u l-Istati Uniti, kieku id-dinja tinqered fi ftit granet. Fuq kollox il-mistoqisja li rridu nsaqsu hija: il-konsumizmu wassal ghal kwalita’ ta’ hajja li hija ahjar? Nemmen li le, u nemmen ukoll li hafna qed jirrealizzaw dan dejjem iktar, specjalment issa li l-krizi ekonomika qed tolqot anka dawk il-postijiet u n-nies li kienu l-iktar komdi taht is-sistema kapitalista (ghax, ta’ min niftakru, li dik li illum qed insejhulha ‘krizi’, in-nies f’hafna pajjizi tal-Afrika, l-Azja u l-Amerka t’Isfel, ilhom ghaddejjin minnha ghal mijiet ta’ snin).
Ghalhekk nemmen li x-xellug jista’ jkun possibli jekk jiggieled ghal bidla li tiehu lis-socjetajiet lill’hinn mill-konsumizmu, fejn ic-centru isir ‘il-kwalita’ tal-hajja’.
X’ analizi taghmel tas-socjeta’ Maltija?
AC: Huwa difficli li titkellem dwar ‘is-socjeta’ Maltija’ bhal ma huwa difficli titkellem dwar kwalunkwe ‘socjeta’’. Dan ghaliex taht it-timbru tal-kelma socjeta’ jezistu hafna nies, gruppi u dinamici differenti. Ghalhekk, forsi l-iktar mod interessanti kif inharsu lejn is-socjeta’ huwa billi naraw il-qasmiet li jezitu fiha. Nahseb f’Malta wahda mill-iktar qasmiet importanti hija dik tal-klassi socjali, qasma li ftit nisimghu dwarha. Izda hija qasma reali hafna u meta wiehed jitkellem ma’ nies li gejjin minn klassijiet socjali differenti (xi haga li, sorprendentament, mhix daqshekk komuni, ghaliex f’hajjitna naghmluha l-iktar ma’ nies li gejjin mill-istess klassi socjali taghna) jirrealizza kemm il-hajja tal-individwu hija nfluwenzata mill-klassi socjali li jkun gej minnha (fuq livelli ekonomici, kultruali etc.).
Sfortunatament, spiss nisma’ nies mill-klassijiet medji u l-klassijiet ta’ fuq jiddenigraw il-haddiema u nies ohra li ma ghandomx hajja komda daqs taghhom.
L-Ewropa irnexxilha tkun Ewropa socjali?
AC: Assolutament le. Niftakar li meta kien hemm ir-referendum dwar l-Unjoni Ewropeja ma kellix vot, imma kieku kelli kont inkun wiehed minn dawk li bi hgari immur nivvuta ‘Iva’. Kieku dak ir-referendum kellu jerggha jittiehed illum, nahsibha darba, tnejn, tlieta dwar x’nivvota. Dan ghaliex qed nara li l-Ewropa qed
tigi taqa’ u tqum mid-drittijiet umani u d-drittjiet tal-haddiem u qieghda biss tmexxi l-agenda tal-interessi tal-kumpaniji u n-negozji il-kbar. Ejja nergghu niehdu l-ezempju tal-krizi. L-Unjoni Ewropja bhalissa trid li min kien responsabli tal-krizi, bhal banek, certu kumpaniji etc., jinghataw il-biljuni tal-ewro biex ‘isalvaw’, filwaqt li tistenna li dan kollu ghandhom ihallsu ghalih in-nies (tnaqqis fil-pagi, privatizzazzjonijiet, tnaqqis fis-sistema’ tas-sahha, tnehhija tad-drittijiet tal-haddiem etc.)
Ghalfejn dan l-interess kollu fil-qasam tal-immigrazzjoni irregolari?
AC: Bhala xellugi – jigifieri bhala persuna li nemmen fl-ugwaljanza – huwa inevitabbli li fejn hemm gruppi li qed isofru ingustizzji u li qed jitpoggew f’pozizzjoni ta’ inugwaljanza, ikun hemm interess li niggieled favur id-drittijiet ta’ dawn il-persuni. Hemm imbghad aspett iktar personali. Tul dawn l-ahhar 8 snin kellu l-opportunita’ li nara u nhoss mill-qrib minn xiex jghaddu l-immigranti. Meta dawn f’mohhi ma baqghux biss ‘immigranti’ imma uhud minnhom saru ukoll ‘hbieb’
gara li meta bdejt nisma’ lil min jitkellhom kontrihom, jew meta bdejt nara politika li qed tkissirhom, din bdiet tweggghani ukoll fuq livell personali.
Ma tahsibx illi l-movimenti tax-xellug ghandhom tendenza jkunu intolleranti ma’ min ghandu idejat differenti, per ezempju, fl-issues madwar l-immigrazzjoni?
AC: Dejjem ghandna nibzghu mill-intolleranza, u x-xellug ghandu it-tendenza li jitkellem minm fuq il-pulptu, kwazi b’sens ta’ superjorita’. Bla dubju, din hija xi haga negattiva u li ghanda tinbidel. Min-naha l-ohra, jien ma niddejjaqx nghid li, iva, lejn certu ideat jien intolleranti. Bhal ma jien intolleranti lejn ideat ta’ xi hadd li jghid li ghandna nitrattaw hazin lill-anzjani jew lill-persuni b’dizabilita’, daqstant iehor jien intolleranti lejn ideat li jridu li nitrattaw hazin lill-immigranti.
Tifhmu l-‘inkwiet’ u t-‘tensjoni’ li ghandu l-Poplu fuq din l-issue?
AC: Iva nifmhu.
Madanakollu ma nahsibx li dan l-inkwiet gej sempliciment mill-fatt li gejjin immigranti mill-Afrika lejn Malta. Jekk inharsu lejn il-figuri naraw li f’Malta ma hawnx iktar minn 5,000 immigranti mill-Afrika, ghaliex il-maggoranza tan-nies li waslu bid-dghajsa telqu minn pajjizna, b’xi mod jew iehor. Dan ifisser li ghal ghexieren ta’ snin f’Malta kien hawn gruppi ohra ta’ immigrant, gejjin minn kontinenti ohra, li fin-numru taghhom kienu (u ghadhom) ikbar mill-immigranti mill-Afrika. Izda dwarhom ma kienx hawn dan il-paniku li hawn dwar l-immigranti mill-Afrika. Ghalhekk, filwaqt li l-immigrazzjoni toffri sfidi ghall-pajjizna, ma nemminx li din hija xi haga ta’ barra min hawn jew xi theddida.
Ghalhekk nemmen li l-inkwiet li ghandu il-poplu huwa frott ta’ politika, u diskors politiku, li kabbru barra minn kull proporzjoni din l-issue. Il-poplu huwa mbezza’, izda l-gheruq ta’ din il-biza’ m’hijiex l-immigrazzjoni fiha innifisha izda il-mod kif l-immigrazzjoni giet impingijha lilu.
Ir-razzizmu jezisti f’ Malta? Jekk iva, x’ evidenza ghandek ta’ dan?
AC: Iva ir-razzizmu jezisti, ghalkemm jien ma naqbilx ma affermazzjonijiet bhal ‘il-Maltin huma razzisti’. Nahseb li f’Malta hawn hafna nies differenti, b’imgieba differenti. U anka lejn dawk li, gieli minghajr ma jafu, ikollhom imgieba razzista, xorta nibqa nemmen li l-iktar haga mportanti mhux l-akkuza tar-razzizmu, izda li nippruvaw nifmhu min fejn gej. Dan ghaliex in-nies m’humiex razzisti mit-twelid. Fil-kaz ta’ Malta nemmen li l-mod kif l-immigrazzjoni mill-Afrika giet managed mill-awtoritajiet holqot tensjoni bejn il-Maltin u l-immigranti – nemmen li f’dan l-aspett jinsab l-gherq tar-razzizmu f’Malta. Hemm bla dubju ukoll aspetti ohra bhal, per ezempju, percezzjonijiet zbaljati li ghandna dwar l-Afrika.
Huwa importanti li nirrikonoxxu li r-razzizmu jezisti, dan mhux biex nakkuzaw ‘il-Maltin’, izda biex inkunu nistghu niggielduh. Wiehed jew wahda li tqatta’ ftit hin ma’ persuni mill-Afrika jara minnufih l-evidenza tar-razzizmu. Spiss, persuni suwed ma jithallewx jidhlu fi clubs, jigu mghajjra fit-triq jew f’postijiet publici ohra, ma jittellghux fuq tal-linja etc…u barra dan ir-razzizmu ‘fil-hajja ta’ kuljum’ jezisti dak ir-razzizmu iktar vjolenti, fejn persuni isofru vjolenza sempliciment habba il-kulur tal-gilda taghhom. Il-konsegwenzi ta’ dan rajthom b’ghajnejja bhal, per ezempju, meta persuna mis-Somalja qalghet xeba’ hadida minn tlett Maltin gewwa Hal Far, u thalliet ghal mejta f’nofs ta’ triq. Jew meta Suleiman inqatel gewwa Paceville fl-2009. Dawn, u kazi ohra, jezistu, ghalkemm mhux dejjem johorgu fil-media.
Tezisti imbad ir-realta’ ferm inkwetanti tar-razzizmu istituzzjonali – jigifieri fejn persuni mil-Afrika jigu trattati differenti minn istituzzjonijiet bhall-pulizija, il-qrati etc. Rajt u smajt b’bosta kazijiet fejn persuni mill-Afrika li marru jirrappurtaw vjolenza fuqhom gew injorati. U min isegwi x’jigri fil-qrati jista’ jara id-differenza fis-sentenzi li jinghataw, bejn il-kazijiet fejn l-individwu ikun
immigrant u il-kazijiet fejn li- persuna tkun Maltija. Li l-immigranti jigu itrattati b’mod differenti fil-qorti hareg bic-car ukoll fil-process wara il-qtil ta’ Suleiman f’Paceville, fejn il-prosekuzzjoni ma ghamlet kwazi l-ebda sforz sabiex igib evidenza li Suleiman kien vittma ta’ qtil.
Il-kaz ta’ Zoto huwa wiehed izolat?
AC: Le ma huwiex. Il-vjolenza fic-centri ta’ detenzjoni hija xi haga regolari, li hija accettata mill-awtoritajiet l-iktar gholja f’dawn ic-centri. Per ezempju, hija in-norma li meta immigrant jipprova jahrab jintefgha f’kamra u jigi imsawwat. Din il-prattika ilha sejra snin twal, u kull min ghandu gharfien baziku dwar dawn ic-centri jaf li kienet issehh. Dan flimkien ma’ bosta kazi ohra ta’ swat, specjalment
f’sitwazzjonijiet ta’ tensjoni li jinholqu f’dawn ic-centri. Il-maggoranza assoluta ta’ dawn il-kazi ma johorgux fil-pubbliku, izda anka meta dawn hargu fil-pubbliku, ma ittiehdet l-ebda azzjoni dwarhom. Bizzejjed insemmghu kif fl-2005 immigranti li kienu qed jipprotestaw pacifikament gew imsawta brutalment, dan filwaqt li il-cameras tat-TV u l-fotografi kienu qed jigbdu kollox – izda l-ebda azzjoni ma ittiehdet wara dan l-incident. L-istess gara meta, is-sena li ghaddiet, immigrant min-Nigerja, Infeanyi Nwokoye, miet f’cirkustanzi simili hafna ta’ Kamara – xejn ghadu ma sar dwar dan. Huwa ghalhekk li tkellmit dwar ir-razzizmu istituzzjonali.
It-tort ta’ dan kollu mhux tas-suldati jew tad-Detention Service, izda tal-politika tad-detenzjoni innfisha. Din qeghda titfa’, kemm lill-immigranti u kemm lin-nies li jahdmu fic-centri ta’ detenzjoni, f’gagga mimlija tensjoni qawwija u kundizzjonijiet hziena hafna, fejn dawn l-incidenti isiru inevitabli.
X’ alternattiva hemm ghad-detention policy?
AC: Biex wiehed jitkellem dwar alternattiva ghall-politika tad-detenzjoni, wiehed l-ewwel irid jifhem x’inhu l-iskop ta’ din il-politika – u dan jien ghadni ma fimthux.
Iz-zewg ragunijiet li jingiebu huma li 1) id-detenzjoni isservi ta’ deterrent, jigifieri li din tnaqqas minn kemm immigrant jaslu Malta u li 2) fid-detenzjoni jigu identifikati dawn il-persuni li ‘ma nafux min huma’.
Dwar l-argument tad-deterrent huwa car li dan mhux validu. Il-fatt li l-immigranti ma jridux jigu Malta mhux rizultat tad-detenzjoni, imma tal-fatt li Malta hija gzira zghira. Min jispicca hawn hafna draba jigrilu hekk minhabba li jsib diffikultajiet fuq il-bahar, jew ghax ikun intilef il-kontroll fuq id-direzzjoni tad-dghajsa – id-detenzjoni ma ghandha ebda sehem fuq kemm immigranti jigu, jew ma jigux, Malta.
L-argument li id-detenzjoni hija bzonnjuza ghall-identifikazzjoni tal-persuni, ukoll ma jregghix. Dan ghaliex il-process ta’ identifikazzjoni jista’ jsir b’mod hafna iktar facli kieku dawn in-nies ikunu f’centri miftuha, u mhux imsakkrin go speci ta’ habs. Bl-ebda mod il-fatt li persuna jkun detenut ma tghin lill-awtoritajiet isiru jafu min hu/hi. Kif inhi is-sistema prezenti, wara massimu ta’ 18-il xhar kulhadd irid jinheles mic-centri maghluqa. Il-mistoqsija hi: x’hadna billi persuna tkun ghamlet 18-il xhar maqfula f’wiehed minn dawn ic-centri?
L-argument li Malta, bhala pajjiz zghir, ghandha bzonn il-politika tad-detenzjoni huwa redikolu. Anzi, f’pajjiz zghir bhal Malta, id-detenzjoni qieghda biss tohloq tensjonijiet kbar – dan flimkien mal- hela tar-rizorsi u l-flus li qed jintefqu fuq din is-sistema ingusta u inutli.
X’ tahsbu mill-politika dwar l-immigrazzjoni rregolari kif proposta mill-AD, mill-PN u mill-PL?
Huwa difficli tara id-differenza bejn il-politika tal-PN u l-PL dwar l-
immigrazzjoni. Nahseb il-PN (ghaliex hu kien il-partit fil-Gvern) holoq sistemi dwar l-immigrazzjoni li kienu zbaljati hafna. Dan flimkien ma’ diskors politiku li holoq ‘paniku’ dwar din l-issue. Il-PL, minflok ikkritka lil PN dwar dan, ried biss jilghaba tat-tough mal-immigranti, b’diskorsi li xi kultant jixbhu iktar il-dawk ta’ partiti tal-lemin estrem milli dawk tac-centru-xellug.
Min-naha l-ohra, l-AD kien l-uniku partit li kellu l-kuragg jitkellem dwar riforma fid-detenzjoni u kien il-partit li minn dejjem, u b’mod car, ikkundanna ir-razzizmu.
X’ inhuma l-mizuri prattici li ghandna niehdu biex din l-issue tigi meghluba?
Nahseb l-ewwel li haga li hemm bzonn hija bidla fl-attitudni. Ghandna nieqfu naraw l-immigrazzjoni bhala xi theddida enormi u nippanikjaw dwarha, u minflok
nibdew narawha bhala fenomenu li, b’management tajjeb, ma ghandux ghaliex johloq problemi kbar u, anzi, jista’ jkollu bosta benificcji. Jekk issir din il-bdila fuq il-livell politiku, nahseb li is-sitwazzjoni diga titjieb hafna.
U imbaghad hemm bzonn 1) li tinbidel il-politika tad-detenzjoni, 2) tinbidel il-politika tac-centri miftuha, b’mod li ma jibqax ikollok koncentrazzjoni daqshekk qawwija ta’ immigrant f’postijiet partikulari (l-iktar Hal-Far), 3) li il-problema tar-razzizmu tigi mehduha b’iktar serjeta’u 4) li immigranti li ilhom hawn Malta ghal certu zmien jinghataw long-term residency permits, fejn ikun iktar facli ghalihom li jahdmu legalment u jivjaggaw. Nemmen li dawn il-mizuri ma jkunux biss ta’ benificcju ghall-immigranti, izda itejjbu hafna is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni f’Malta.
X’ tixtieq tara jinbidel fis-socjeta’ Maltija fil-fehma tieghek (mhux biss mill-lat t’ immigrazzjoni irregolari)? 
Nixtieq nara socjeta’ iktar miftuha, fejn jinghata importanza lill-kuncett ta’ ugwaljanza.
jghixu fil-faqar, fejn hafna haddiema qeghdin f’kundizzjoni ta’ prekarjeta’, fejn hafna ma jistghux isibu xoghol, fejn il-qerda ambjentali ghaddejja b’rata allarmanti u fejn l-iktar drittijiet umani bazici mhux rispettati – nemmen li quddiem dan kollu hemm bzonn sistemi differenti mis-sistema kapitalista.
tigi taqa’ u tqum mid-drittijiet umani u d-drittjiet tal-haddiem u qieghda biss tmexxi l-agenda tal-interessi tal-kumpaniji u n-negozji il-kbar. Ejja nergghu niehdu l-ezempju tal-krizi. L-Unjoni Ewropja bhalissa trid li min kien responsabli tal-krizi, bhal banek, certu kumpaniji etc., jinghataw il-biljuni tal-ewro biex ‘isalvaw’, filwaqt li tistenna li dan kollu ghandhom ihallsu ghalih in-nies (tnaqqis fil-pagi, privatizzazzjonijiet, tnaqqis fis-sistema’ tas-sahha, tnehhija tad-drittijiet tal-haddiem etc.)
gara li meta bdejt nisma’ lil min jitkellhom kontrihom, jew meta bdejt nara politika li qed tkissirhom, din bdiet tweggghani ukoll fuq livell personali.
immigrant u il-kazijiet fejn li- persuna tkun Maltija. Li l-immigranti jigu itrattati b’mod differenti fil-qorti hareg bic-car ukoll fil-process wara il-qtil ta’ Suleiman f’Paceville, fejn il-prosekuzzjoni ma ghamlet kwazi l-ebda sforz sabiex igib evidenza li Suleiman kien vittma ta’ qtil.
f’sitwazzjonijiet ta’ tensjoni li jinholqu f’dawn ic-centri. Il-maggoranza assoluta ta’ dawn il-kazi ma johorgux fil-pubbliku, izda anka meta dawn hargu fil-pubbliku, ma ittiehdet l-ebda azzjoni dwarhom. Bizzejjed insemmghu kif fl-2005 immigranti li kienu qed jipprotestaw pacifikament gew imsawta brutalment, dan filwaqt li il-cameras tat-TV u l-fotografi kienu qed jigbdu kollox – izda l-ebda azzjoni ma ittiehdet wara dan l-incident. L-istess gara meta, is-sena li ghaddiet, immigrant min-Nigerja, Infeanyi Nwokoye, miet f’cirkustanzi simili hafna ta’ Kamara – xejn ghadu ma sar dwar dan. Huwa ghalhekk li tkellmit dwar ir-razzizmu istituzzjonali.
immigrazzjoni. Nahseb il-PN (ghaliex hu kien il-partit fil-Gvern) holoq sistemi dwar l-immigrazzjoni li kienu zbaljati hafna. Dan flimkien ma’ diskors politiku li holoq ‘paniku’ dwar din l-issue. Il-PL, minflok ikkritka lil PN dwar dan, ried biss jilghaba tat-tough mal-immigranti, b’diskorsi li xi kultant jixbhu iktar il-dawk ta’ partiti tal-lemin estrem milli dawk tac-centru-xellug.
nibdew narawha bhala fenomenu li, b’management tajjeb, ma ghandux ghaliex johloq problemi kbar u, anzi, jista’ jkollu bosta benificcji. Jekk issir din il-bdila fuq il-livell politiku, nahseb li is-sitwazzjoni diga titjieb hafna.
mlI agree with Andre’ Callus on a number of issues; the problems of capitalism and consumerism, the alienation of modern life etc. I am however less *radical’ than him, and a lot less idealistic.
About the hot issue of illegal immigration, it goes without saying that immigrants should not be treated like animals. His stance, however, of going all out and treating illegal immigration as if it were something ordinary and accepted in my view does not make sense.
For starters, no country would dream of allowing such a huge influx of unknown and untraceable people onto its territory without so much as a by-your-leave. Incidentally, it would be interesting to know how the figure of 5000 individuals currently residing in Malta has been arrived at because I know of no official figures. Indeed the perception is that while the influx is usually high, departures are usually a trickle and heavily publicized, such as when the US takes 100, some Scandinavian country takes a dozen etc., usually seen off by the minister in full regalia with a troop of TV cameras trailing behind him.
True, detention centres should be managed better and by qualified personnel. The only involvement of the armed forces in the detention centres should be to provide security and only that. One cannot first train a man in war, violence and possibly taking lives and then expect him to serve dinner and be a nanny.
But going from the fact that detention centres have problems to suggesting that we should make do without them is a non-sequitur and an extremely dangerous proposition. Not only in Malta, but especially in a tiny country such as this where the delicate population balance could be so easily upset. Mr. Callus also seems to imply that tensions are only created within detention centres and that open centres are some sort of panacea where everybody lives happily ever after. This is also a big fallacy. Indeed it seems to me from what I read in the media that worse tensions are created when the immigrants are out mingling with the population at large and the clash of cultures begins. One also has to keep in mind that the African immigrants are not a monolithic group. They themselves consist of a number of ethnic groups and sometimes the only thing in common that they have is their desire to enter Europe. Indeed oftentimes that is not enough to keep them from going at each other’s throats as we have often seen even at open centres as well as on the streets.
There are a lot of things that could be said about Mr. Callus’ interview, both good and bad, but the is one thing I would also like to comment upon. Leftist groups such as Graffitti and NGO’s related to immigration frequently use the “racist” weapon when it should not be used. One cannot tar with the racist brush anybody who dares to speak out about the cons of illegal immigration. Not only because not everybody who criticizes immigration and immigrants does it in a racist way or with a racist sentiment, but also because it is a strategy that is back firing badly.
People are getting sick and tired of being called racists simply because they stand up for their rights, so much so that they are declaring themselves to be racist a priori and damn the consequences. Pro-immigration groups are waking a fine line by consistently victimizing the immigrants and demonizing the locals. This attitude is simply antagonizing the Maltese while at the same time giving the immigrants a sense of entitlement that they are not necessarily justified in having. The truth is that both can be victims and both can be perpetrators in any given interaction and too often the rights of one are trodden upon while the duties of the other are overlooked.
The truth is that Malta needs help with this phenomenon and it needs it now. The devil may care attitude of Graffiti and AD is pure insanity in the powder-keg that Malta has become (along with large parts of Europe). The tension caused by immigration is palpable everywhere, from the public transport, to the work environment to places of entertainment and very often it only takes a small spark to set it off.
A case in point is the incident reported recently of the black woman with the push chair climbing onto a bus that was already bursting at the seams and causing the ire of the passengers by ramming the pushchair into people for them to get out of the space designated for push chairs. A lot could be read into this incident – were the Maltese racist by calling her names? Probably yes, and yet was the woman entirely blameless? Almost certainly no – there were reports that it was she who started the name calling and who started being violent. I think there is more than a smidgeon of the “clash of cultures” issue evident in this incident.
Where I don’t agree with the leftist groups though, is that, even in this particular case, they immediately run to defense of the immigrant even before having all the facts in hand and making an objective assessment. By doing this,.not only are they not helping the situation – they are actually having the opposite effect of deepening the rift between the two groups. They are, in fact being just as extreme as the far right, only in the opposite direction, and they are ironically having exactly the same effect.
Insibni naqbel ma kwazi dak kollu li qal Andre fl-intervista’. Mill ftit li naf lil Andre, inqisu bhala persuna li jemmen u jipprova jghix dak li jemmen. Ispirazzjoni. Il-hasra li f’dan il-pajjiz il-Partit li suppost jirraprezenta lix-xellug huwa fuq il-lemin. Dan huwa ta’ hsara kbira ghax meta in-nies tghidilhom “xellug” jahsbu fil-Parit Laburista u jahsbu li x-xellug huwa dak. Meta ix-xellug jitlaq mill-premessa li l-poplu tad-dinja huwa poplu wiehed u huwa l-anti-tezi ta’ Malta l-ewwel u qabel kollox, ta’ hafna patriotizmu zejjed, ta’ hafna diskors ta’ bullying fuq hutna l-immigranti uhafna enfasi fuq il-law and order qisu kulhadd vergni. Minn dak li naqra u nisma hemm diversi nies li ma jridux jafu bil-PN aktar ghax ghalihom il-PN mar fuq ix-xellug. Is-sabiha hi li hafna minnhom qed jersqu lejn il-Labour ghax bhala nies tal-lemin qed ihossuhom iktar komdi fi hdanu. Ix-xellug jimxi magenb in-nies u jaf fejn sejjer. Il-Partit Laburista jimxi wisq wara in-nies. Il-Partit Laburista jimxi wara is-surveys. Sakemm is-surveys jibqghu jghidu li l-maggoranza tan-nies ma jaqblux li l-gays JIZZEWGU (mhux cilvil partnership) u sakemm is-surveys jibqghu jghidu li ma ghandhomx jaddotaw tfal, allura jibqa kontra. Jinbidlu is-surveys, jinbidel il-Partit. Il-hasra hi li n-nies mhux jinbidlu ghax il-PL qed jipprezentalhom il-politika xellugija u liberali li suppost ihaddan. L-influwenza liberali gejja minn sorsi ohra fosthom ir-revoluzzjoni tan-networks socjali.
Il-PN aktar xellugi u b’valuri daqshekk socjali mbaghad ikun, per ezempju kontra id-divorzju jew kontra iz-zwieg bejn il-gays? Il-Knisja ma ghandiex tindahal fil-Gvern izda ghandha tibqa tipprova tinfluwenza b dak li temmen. Izda nahseb li l-influwenza tal-Knisja fil-kaz ta’ Lawrence Gonzi, ma jezitiex illum izda gej mit-trobbija. u huwa ghalhekk li skond il-kuxjenza tieghu ma setax jivvota favur id divorzju. Nammirah ghax mexa ma dak li jemmen izda ma nistax naqbel ma li jemmen mhux daqstant jekk ghandux ragun jew le fl-analizi izda ghax il-valuri ta’ Gonzi influwenzati mit-trobbija mit-taghlim Nisrani, ma jistghux ikunu il-valuri ta’ kull wiehed u wahda minna. U hawn insib certu arragonza. Hawn Malta qisna tant nemmnu li hawn certu valuri universali u sagrostanti li anke fid-diskors taghna nghidu “Tlifna il-valuri…” bla ma donnu l-anqas ghadna ghalfejn nghidu x inhuma dawn il-valuri. F’certu sens it-twemmin ta’ Gonzi, li hemm barra hemm ‘it-tajjeb’ ‘il-gust” b’mod universali gej kemm mir-religjon kattolika u kemm mix-xellug. Gonzi huwa Kattoliku xellugi. Bl-arroganza li din taf iggib maghha. Izda bl-impenn li jaghmel, kif ghamel, riformi favur dawk l-aktar fil-bzonn. U fil-process haraq hafna nies fuq il-lemin li kienu jissaportjaw lil PN u li issa qed isbu kenn mal-Partit Laburista.
Pingback: Peppi, il-lemin u x-xellug | Andrew Azzopardi | 'Ghandi x' Nghid' (I have something to say)