
Ghalfejn dhalt ghall-politika?
AB: Meta ikkontestajt l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, l-ewwel esperjenza elettorali tieghi, kont ghidt li ghamilt dan ‘biex naghti xi haga lura lir-Rabat li lili tani hafna’.
Huwa dan l-ispirtu li fih jien ingbidt lejn l-involviment u l-hidma politika. Jekk tuzaha sew, il-politika hi mezz effettiv kif tista’ taghmel differenza ghall-ahjar fil-hajja tan-nies.
Kull wiehed u wahda minna ahna li ahna minhabba l-pajjiz li kbrina u tghallimna fih. Pajjizna hu li hu, grazzi ghall-politici li gew qabilna, u li hadu decizjonijiet ghalina, li ngawdu (jew inbatu) il-frott taghhom illum. Inhoss li b’sens ta’ dover, ghandi naghti l-kontirbut tieghi biex inkomplu ntejbu pajjizna ghalina lkoll, u ghal dawk li gejjin warajna.
Bil-kejl tieghek, politiku tajjeb ‘kif ikun’?
AB: Tajjeb huwa dak li f’kull ma jghid, u izjed importanti f’kull ma jaghmel, juza bhala riga li tiggwidah, dak li hu fl-ahjar interess ta’ pajjizu.
Irid ikun politiku li huwa car mieghu nnifsu, u ma’ dawk li jirrapprezenta, f’dak li jemmen fih, u li lest jorbot l-azzjonijiet kollha tieghu mal-istess twemmin.
X’ tista’ tkun qed taghti lill-pajjiz jekk tinhatar MP?
AB: Accountant u Awditur, l-isfond akkademiku u professjonali tieghi huwa naturalment fil-finanzi, l-ekonomija u l-management. Madankollu, jekk ikolli l-privilegg li nigi elett, inkun lest nahdem fi kwalunkwe rwol li jidhirlu l-Prim Ministru.
Jigri x’jigri, li nintrabat li naghmel hu, li nkun f’kuntatt kontinwu man-nies, ghaliex nemmen li qabel kollox, l-izjed importanti fil-hidma politika hu li flimkien ma’ dawk li trid isservi, tghix first hand, ir-realtajiet taghhom. Is-successi, l-inkwiet, id-dizappunti, l-isfidi u l-opportunitajiet li huma u l-familji taghhom ikunu ghaddejjin minnhom.
Nemmen bis-serjeta li b’dak il-mod biss nista’ nassigura li fil-hidma politika tieghi, ser nindirizza dak li verament jaghmel differenza fil-hajja tan-nies.
Minn hidma fuq livell lokali ghall-politiku nazzjonali – x’ differenza/i tara?
AB: L-ispirtu li fih dhalt fil-politika jghodd ghal-livelli kollha li fihom lest nahdem. Id-differenza hi biss id-daqs tal-kostitwenza li fih tahdem. L-issues li tahdem fuqhom u l-principji li ghandhom jiggwidawni, jibqghu l-istess.
Kif tanalizza l-qaghda politika tal-Partit Nazzjonalista?
AB: Meta harist lejn il-PN minn barra u issa, li naf lill-PN aktar mill-vicin, emmint u ghadni nemmen li l-PN huwa partit haj u miftuh ghad-diskussjoni.
Il-fatt li l-PN kien katalist f’hafna mill-izjed bidliet u avvenimenti importanti f’pajjizna jixhed propju dan – ghaliex l-ebda bidla importanti ma ssehh minghajr diskussjoni profonda u hajja. Il-kisbiet li ghamel pajjizna, anki f’din il-legizlatura, juru wkoll li minkejja certu diffikultajiet kemm interni u kif ukoll minn barra, il-PN huwa f’qaghda politika li jservi lill-pajjizna bl-ahjar mod.
Nerga’ nghid, mhux minghajr diffikultajiet – nahseb li l-PN bata mill-konsegwenza tal-individwalizmu, ta’ min pogga il-‘Jien’ qabel il-partit u sahansitra l-pajjiz. Fil-fehma tieghi, minkejja dak kollu li jinghad, huma l-kwistjonijiet u l-ambizzjonijiet personali ta’ uhud li potenzjalment setghu fixklu l-hidma tal-PN, setghu iddistabilizzaw il-hidma tal-gvern ghad-detriment ta’ pajjizna.
Dan izda ma garax, il-hidma tal-gvern tista’ tghid li issa waslet sal-ahhar tal-legizlatura, u nirrepeti, nahseb li dan propju ghax il-PN huwa f’qaghda politika tajba bizzejjed biex jahdem fl-interess ta’ pajjizna.
Tahseb li l-PN qed jirnexxilu jattira lura n-nies ‘tieghu’?
AB: Waqt li nifhem minn fejn gej bid-domanda dwar il-PN u ‘n-nies tieghu’, inwiegeb mill-ewwel li jien niddejjaq nattribwixxi n-nies ghall-Partiti. Iz-zminijiet qeghdin jinbidlu, u l-mod kif l-elettorat qieghed jirrelata mal-partiti qieghed jinbidel ukoll.
F’pajjiz totalment hieles, illum aktar minn qatt qabel l-ebda partit ma ghandu jqis lill-gruppi ta’ nies bhala tieghu jew mhux tieghu. Nifhem li fid-domanda tieghek inti kont qieghed tirreferi ghal dawk li tradizzjonalment jivvutaw ghall-PN imma ghal ragunijiet diversi se jonqsu milli jivvutaw jew icaqalqu l-allejanzi.
Nemmen li l-PN ghandu jaghmel l-isforzi kollha li hemm bzonn biex jattira lura lil dawn il-votanti – jekk il-PN jemmen li hu ghall-ahjar interess ta’ pajjizna li jkompli jimplementa l-politika tieghu, allura ghandu jaghmel dan b’sens ta’ dover.
Fil-fehma tieghek Hon Dr Franco Debono ghandu kritika valida li qed jaghmel fil-konfront tal-PN?
AB: Zgur li jekk ghandu punti validi fil-kritika tieghu, la qieghed jaghmel dan bil-mod it-tajjeb, u lanqas hu ispirat minn agenda genwina.
Kieku kien il-kaz, kif forsi wiehed kien jemmen fil-bidu, kien ikun fl-interess tal-istess agenda li jiggarantixxi hidma stabbli u bla skossi tal-gvern.
Il-PN ikkritika mhux darba jew tnejn meta l-PL kellu l-Bord tad-Dixxiplina u s-sanzjona xi kandidat…ma tahsibx illi l-Ezekuttiv tal-PN qed jaghmel l-istess?
AB: Il-PN kien kritiku fil-kontront tal-PL meta (mhux darba u tnejn) dan cahad lill-membri tal-PL milli jesprimu ruhhom mhux fl-istess linja tal-Partit.
Nahseb taqbel mieghi li dak li ghamlu d-deputati li kienu ‘dixxiplinati’ mill-ezekuttiv imur ferm lil hinn minn hekk.
X’ impatt halla l-PN kemm ilu fil-Gvern?
AB: Nemmen li kull legizlatura tal-PN halliet il-marka taghha, u dan jinsab ghall-gharfien ta’ kulhadd – bizzejjed wiehed jinnota kif il-PN, infrastrutturalment, biddel wicc pajjizna.
Nahseb li l-ikbar marki li halla l-PN fuq pajjizna, (wara l-indipendenza naturalment), huma l-kisba mill-gdid tal-liberta tal-espressjoni u d-demokrazija, il-ftuh ekonomiku ta’ pajjizna permezz tal-liberalizzazzjoni, l-access ghat-teknologija u l-edukazzjoni, u naturalment, il-kisba tas-shubija fl-unjoni ewropea u l-addozzjoni tal-ewro.
Is-success ekonomiku u fil-qasam tax-xoghol f’Malta u Ghawdex, fl-isfont ta’ diffikultajiet ekonomici kbar, hija wkoll kisba mhux zghira ghall-PN fit-tmexxija tal-pajjiz.
Illum il-gurnata l-politika hija bbazata fuq l-immagini jew fuq il-kontenut? Il-poplu ghad ghandu fiducja fil-politiku?
AB: Nahseb li bis-sehem tas-social media, u r-rwol tal-media tal-partiti, fil-mod kif tizviluppa d-diskussjoni politika, l-immagini tilghab rwol dejjem aktar influwenti (anki bl-influwenza ta’ kampanji barranin – per-ezempju l-Amerika).
Allura l-immagini qatt ma tista’ titqies barra mill-equation. Madankollu importanti li influwenti kemm hi influwenti, l-immagini qatt ma ghandha tiehu post il-kontenut, ghaliex finalment huwa l-kontenut li jaghmel differenza meta jigu biex jittiehdu d-decizjojnijiet.
Li genwinamnet jinkwetani fil-Malta Labour Party hu illi investa wisq fl-immagini ghad-detriment tal-kontenut. Mieghi ghandu jinkwieta kull min verament ghandu ghal qalbu lil dan il-pajjiz.
Ma tahsibx li l-billboards li qed jitilghu miz-zewg nahat qed jirredikolaw il-messagg politiku bic-cinizmu taghhom?
AB: Jekk qieghed titkellem ghaz-zewg partiti, sincerament, ma rajt xejn ciniku fil-billboards tal-PN. Ma nahsibx li twassal messagg li l-labour igib il-qaghad, u tpoggi kju huwa ciniku.
Lanqas li twassal messagg li Muscat jiffriza l-paga minima. Jekk madankollhu tara dawn bhala cinici, allura, nirrispetta l-gudizzju tieghek. Fir-rigward tal-Malta Labour Party kif irrispondejt ghad-domanda ta’ qabel, dan jikxef in-nuqqas ta’ kontenut taghhom, u li allura jehdew fl-istampa, izjed milli fil-messagg.
Ghandi dubji serji kemm dawn il-billboards qeghdin irebbhu xi ammirazzjoni lill-Malta Labour Party. Dan inhallih izjed ghall-gudizzju tan-nies u tal-istrategisti tal-Malta Labour Party infushom.
Tghaddi hafna hsibijiet permezz tal-FB. X’ sehem ghandha s-social media ghall-gurnata tal-lum u ghall-politiku tal-lum?
AB: Nemmen hafna li bir-rwol tal-internet bhala parti integrali, u l-izjed parti influwenti fil-komunikazzjoni u fl-izvilupp tad-diskussjoni, anki ghaliex jirrifletti l-istil ta’ hajja ta’ hafna nies illum u huwa mod effettiv kif twassal messagg li jghix hajja mghaggla u jaggorna ruhu biss permezz tas-social media, minn fuq il-mobile, l-ipad jew il-laptop tieghu.
Kif ghidt int, nghaddi hafna messaggi permezz ta’ Facebook, madankollu, importanti kemm hu importanti, xejn ma jizboq l-importanza tal-kuntatt personali, fid-djar tan-nies, fil-pjazez, fil-hwienet – nemmen hafna fih, u ghalija jaghmel id-differenza kollha (kif tkellimna aktar kmieni).
Il-blogs/social media ghandhom jigu r-regolarizzati fil-fehma tieghek? Ghandu jkun hemm linja cara (legalment) bejn dik li hija dritt tal-kelma u dak li huwa protezzjoni tal-individwu?
AB: Jigri x’jigri zgur li ma ghandu jkun hemm xejn li b’xi mod irazzan il-liberta tal-espressjoni.
Fil-fehma tieghek ic-centru tal-messagg ghall-elezzjoni li gejja x’ ghandu jkun ghal PN?
AB: Bil-bniedem fic-centru tal-Politika tal-PN, il-messagg kif narah jien ghandu jiffoka fuq dak li hu l-aktar ghall-qalb il-bniedem – is-sahha, ix-xohgol, l-edukazzjoni.
Wara kwazi 30 sena – wasal zmien ghall-bidla fit-tmexxija tal-Pajjiz?
AB: Ma norbotx il-bidla fit-tmexxija ta’ pajjiz ma’ skadenza. Apparti li ma naqbilx li l-PN ilu jmexxi ghal kwazi 30 sena, ilu jinghata mandat mit-98, u dan il-mandat kien imgedded u mpoggi ghat-test demokratiku kull 5 snin. Il-bidliet li jehtieg il-pajjiz huma bidliet kostanti, u nerga’ nghid, mhux relatati ma bidliet fit-tmexxija.
L-importanti mhux li jinbidel il-kulur tal-partit fil-gvern, imma li min ikun fil-gvern, imexxi b’mentalita favur il-bidla ghall-ahjar, fil-prattici ekonomici u socjali, fl-aggornament tal-politika, fl-addattament ta’ din il-politika ghat-tibdil taz-zminijiet.
Biex inwiegeb direttament il-mistoqsija tieghek – le, ma naqbilx li wasal zmien ghall-bidla fit-tmexxija tal-pajjiz.





J’Alla l-PL ikollhom nies ta’ dan il-kalibru ghax politici ta’ dan il-kalibru jista’ jibbenefika minnu kulhadd inkluz il-pajjiz. Imma le ma jistax ikun ghax kif qal tant tajjeb fl-intervista ma Dr Andrew Azzopardi, dawn iktar medijijn bl-immagini milli mill-kontenut. Dawn l-intervisti ghandhom isiru ma kulhadd halli naraw il-kapacita’ ta’ certi nies li qeghdin sahansitra membri parlamentari li jien ghalija qed jokkupaw siggu ta’ nies tal-kalibru ta’ Antione Borg. Tghiduli mhux il-poplu vvota ghalihom! Iva veru, imma l-anqas hu sewwa li n-nies tigi manipulata kif ser tivvota, ghadna nhallu n-nies fil-liberta’ biex jiehdu d-decizjonijiet huma. Iva qal tajjeb Anoine li l-ebda partit m’ghandu jassoccja lin-nies bhala “in-nies taghna” dan il-poplu hu sovran u ghadna nhallu f’idejn il-poplu kif ghandu jivvota. tghiduli allura l-kampanja elettorali skont int m’ghandix issir? Le, Allahares naslu f’dik l-assurdita’, jien qed nghid li l-partiti ghalkemm ghandhom id-dritt li joganizzaw il-Meetings u xi laqghat ghall-pubbliku dak hu accettat f’demokrazija, imma li naghmlu elezzjoni generali u mill-hadd ta’ wara nibdew il-laqghat mall-pubbliku ghal hames snin infila dak ghalija mhux accettabbli. Iva vera l-partiti politici immaturaw hafna u dan (u hawn se jkolli nkun xi ftit partiggjan) grazzi ghall-politika tajba anzi tajba hafna tal-Partit Nazzjonalista u mhux ser noqghod nelabora ghax ghalkemm hemm certa manipulazzjoni profonda fin-nies (huma min huma) deep down jafu kif konna u jafu kif qeghdin ukoll! U hazin jekk il-PL jaghmel revizjonizmu fl-istorja ta’ pajjizna. L-istorja qeghda hemm u hadd nerga’ hadd ma jista’ jibdila. Nixtieq nghidlek grazzi hafna Dr. Andrew Azzopardi ta’ dawn l-intervisti li qed taghmel ma dawn il-politici u ohrajn. Min-naha l-ohra nixtieq lil Antoine Borg kull success ghall-elezzjoni generali li gejja.
Dr. A. Azzopardi wiegeb li “F’pajjiz totalment hieles, illum aktar minn qatt qabel l-ebda partit ma ghandu jqis lill-gruppi ta’ nies bhala tieghu jew mhux tieghu. ” Nixtieq infakkru li l-Partit li hu kellu l-pjacir jinghaqad mieghu sa ftit gimghat ilu f’Ghawdex ma ddejjaq xejn jghid li Ghawdex hu tal-Partit Nazzjonalista. Ma nahsibx li qieghed fuq in-naha t-tajba tal-kamra siehbi jekk verament temmen f’dak li sostnejt.