
Xi haga fuqek
Pierre: Ghandi 43. Mizzewweg lil Diane u ghandna lil Katrina (11), Hannah (8) u Zac (7).
Naghmel x’naghmel il-media tibqa’ n-namra tieghi, d-delizzju tieghi izda l-hobza tieghi ukoll.
Ghalfejn dhalt fil-qasam tal-media?
Pierre: Ghax il-media, specjalment dik viziva, taghtini l-opportunita’ nikkomunika man-nies. Kemm jekk huma grajjiet kurrenti kif ukoll jekk huma generi ohra l-opportunita’ li twassal storja minn dejjem eccitatni.
Il-komunikazzjoni hi process li tiftah il-bibien biex aktar minn persuna wahda taghti xi haga lill-ohra u/jew tircievi xi haga lura.
Dan il-qsim ta esperjenzi, informazzjoni u emozzjoni lili jistimulani tant li ridt nistudjah, nahdem fih u nesperjenzah ta’ kuljum – ghalhekk nahdem fil-media.
X’ analizi taghmel tal-gurnalizmu f’ Malta?
Pierre: Ghandi reazzjonijiet imhallta.
Pozittiv il-fatt li ghadna nhaddnu certu valuri ta’ etika u l-maggor parti tal-gurnalisti jirrezistu t-tentazzjoni li jfittxu fil-hajja personali tan-nies. Izda min-naha l-ohra nahseb ukoll li ghandna hafna gurnalisti mghaxxa.
Fil-fatt nahseb li hawn aktar reporters milli gurnalisti. Meta kont field journalist mal-gurnal In-Nazzjon u malli fetah Net TV kont nikkampja barra bil-mikrofonu f’idi sakemm ingib kumment ta’ min ikun fic-centru tal-ahbar.
Nahseb li kont wiehed minn dawk li dak iz-zmien hloqt it-tradizzjoni li nikkampjaw barra Kastilja wara l-laqgha tal-Kabinet.
Sfortunatement illum regghet inqatet din il-prassi.
Nixtieq nara aktar minn dan it-tip ta’ gurnalizmu li jigri wara l-ahbar u mhux jistenniha tasal jew jahsbu li bit-telefon issib l-istejjer.
X’ analizi taghmel tas-socjeta’ taghna?
Pierre: Nahseb li s-socjeta’ taghna hi tajba fil-fond ta’ qalbha. Hi socjeta’ li ghandha aspirazzjonijiet bhal kull socjeta’ ohra izda ghandha wkoll xi ftit ta’ kumpless t’ inferjorita’. Ghad ghandna wisq nies li jahsbu li ahna mhux kapaci daqs il-barranin.
Fil-fatt, anke wara tmien snin bil-bibien tal-UE miftuhin berah xorta ftit qed iharsu l-barra u hafna ghadhom iharsu l-gewwa.
Ghandna ukoll socjeta’ li ma taqrax u tahseb bizzejjed imma tirreagixxi ghall-avvenimenti u hafna drabi tbiddel skont dak li jinqala’.
Inhoss ukoll vojt kbir bejn il-hajja tal-genituri taghna u tal-genituri prezenti. Qiesu bhal donnu hafna minna tilfu t-tahrig tat-trobbija u qed inhallu l-hajja mghaggla u l-girja ghall-qliegh finanzjarju jiddettaw r-rittmu tal-hajja. Nibza’ li hafna genituri zghazagh qed jigru u jhallu lil uliedhom warajhom jippruvaw jilhquhom. Qiesu hafna m’ghandhomx cans jieqfu jistennew lit-trabi taghna jilhquna imma nippretendu li anke taht l-ghaxar snin dawn ghandhom jifhmu, jaccettaw u jlebbtu biex jilhqu maghna – nixtieq li xi hadd jghezizzna biex nirrealizzaw qabel ma jkun tard wisq.

Kif tanalizza l-klima politika f’dan il-mument?
Pierre: Nahseb li ninsabu f’salib it-toroq.
Nispera li wara din l-elezzjoni navvanzaw u ninqalaw minn dan il-post. Ghandna partit li ilu fil-gvern hafna snin. Veru li ghandu x’juri ghal dak li wettaq ghax il-pajjiz bidlu minn fuq s’isfel, izda tilef ic-charm li bih mexxa ghal tant snin.
In-nies tithawwad meta tara partit li mhux kapaci jitkellem b’vuci wahda. Il-PN ghandu wisq messaggi differenti hergin kemm minn dawk leali lejn il-Prim Ministru izda wkoll minn dawk li ghazlu li jitilqu ghal rashom f’dak li jghidu.
Waqt li n-nies normalment thares lejn il-but lejliet elezzjoni ghad irridu niflu l-effett fuq in-nies ta’ partit li kapaci johloq ix-xoghol izda mhux kapaci jkun maghqud. Kif se taghzel in-nies?
Imbghad hemm l-oppozizzjoni Laburista li ma taffordjax titlef elezzjoni ohra.
Trid tirbah akkost ta’ kollox, kemm ghall-partit u l-partitarji kif ukoll ghax thoss li l-pajjiz ma jistax jibqa’ jigi ggvernat mill-istess ideologija tac-centru lemin ghal aktar snin.
Nahseb li Dr. Muscat irnexxielu jbiddel l-immagini tal-partit laburista u nessa hafna mill-partit tat-80, li kien il-partit li riedna nibqghu barra l-UE.
S’ hawn nahseb li ghamel bicca xoghol tajba. Fejn nahseb li zbalja, u niskanta b’dan ghaliex ma jidhirlix li kellu bzonn jaghmel hekk, hu li twikka b’nies li wara li ma sabux aktar x’jahilbu mill-PN marru jibdew relazzjoni gdida mal-PL.
Jekk jirbah il-PL, u l-polls qed jindikaw li hekk se jaghmel, ghalkemm kollox jista’ jinbidel f’kampanja, se jkollu problemi kbar biex izomm il-weghdi waqt li jibqa’ qrib il-partitarji tieghu li ilhom jistennew gvern laburista ghal hafna snin kif ukoll izomm kuntenti lil dawk li qasmu ghal ragunijiet personali taghhom.
L-ahhar problema li ghandu Dr. Muscat hi li hela hafna xhur u halla ghall-ahhar wisq biex jghid minn fejn se jiffinanzja l-weghdi elettorali.
Dan hu zball li ghamlu ukoll ta’ qablu u ma jidhirx li tghallem minnhom.
Issa se jigrilu li malli jhabbar (jekk ihabbar) id-dettalji tal-proposti se jghaddi kampanja jwiegeb ghall-kritika minghajr ma jkollu cans ibiegh il-proposti.
Skantani kif nesa’ Dr. Muscat kemm huma effettivi n-Nazzjonalisti f’kampanja elettorali.
Min-naha tieghu, il-PN ma jridx jipprova jimla’ l-vojt liberali li holoq f’dawn l-ahhar snin f’temp ta’ ftit gimghat ghax jissogra li jwerwer lill-votanti leali tieghu li fil-maggoranza huma konservattivi.
Haga li ghandu jikkonsidra l-PN hu li jkun dak li kien meta rebah ir-referendum u mhux verzjoni ohra tal-PL li fil-fatt hu verzjoni gdida tal-PN!
Kopji tal-kopji ma jahdmux tajjeb.
Ghandna klassi politika li kapaci tghinna nimmanuvraw dan il-mewg li qed jolqot lid-dinja?
Pierre: Nahseb li ghandna u se jkollna aktar wara din l-elezzjoni.
L-inkwiet li nqala’ fi hdan il-Gvern/PN se jservi biex il-partiti jkunu aktar kawti fl-ghazla tal-kandidati taghhom.
Nispera li l-kompetenza se tirbah fuq l-immagini u l-parola facile. Ta’ xejn il-partiti jaghzlu kandidati li kapaci jgibu l-voti biex meta jitilghu dawn jaghmlu c-cucati.
Hafna jikkritikaw il-fatt li inti kellek rwol centrali fil-PN u issa qieghed tmexxi program ta’ ahbarijiet kurrenti f’ mument delikat hafna fuq l-istazzjon nazzjonali. X’ tahseb fuq din il-kritika?
Pierre: Nahseb li l-kritika m’hix genwina.
Hadd min-nies qatt ma waqfuni biex jghiduli li m’hinix naghmel xogholi sew.
Anzi niltaqa’ ma’ nies Laburisti u Nazzjonalisti li jghiduli li ahna fair hafna u li TVAM hu programm li dejjem xtaqu li jsir.
Il-kritika li qed issemmi inti gejja biss mill-Partit Laburista. Anzi mhix kritika, izda attakk kontinwu u regolari. Ili issa aktar minn sena ta’ kull nhar ta’ Hadd taht attakk fil-gurnal tal-Partit Laburista.
Jien nistaqsi l-mistoqsijiet skomdi lil kulhadd. Probabbli dak li gieli jghiduli Nazzjonalisti hbieb tieghi hu minnu: li ma kelliema tal-PN inkun aktar iebes ghaliex naf hafna minn dak li kien isehh wara l-kwinti meta kont nahdem hemm.
Izda l-kampanja tal-PL kontra prezentaturi ta’ TVM hi intiza biex tnaqqas mill-gieh taghna. Bhallikieku n-nies huma cwiec u tistaa tbellghalhom ir-ross bil-labra llum!
Dawn jghidu li min kien f’partit politiku ma jistax imexxi programm bilancjat. Qieshom qed jghidu li l-President ta Malta m’hux veru indipendenti ghax sa ftit xhur qabel gie n-nominat mill-Prim Ministru kien ser isir mexxej tal-Partit Laburista.
Jew qishom iridu jghidu li avukat prominenti li jiddefenti kriminal filghodu m’hux kapaci filghaxija jmur il-Parlament bhala membru parlamentari u jillegizla b’mod bilancjat!
Ghal xiex tatribwixxi l-problemi li hemm fil-PN bhalissa?
Pierre: Nahseb li l-PN hu vittma tas-successi tieghu stess.
Kif qal tant tajjeb il-Profs Joe Friggieri waqt Kunsill Generali tal-PN, ma tistax tippretendi li tiftah berah it-twieqi tal-liberta’ u ma tidholx iz-ziffa jew sahansitra l-irwiefen.
Nahseb ukoll li b’maggoranza ta’ siggu wiehed tkun qed tippretendi li kulhadd hu leali lejn il-partit li hareg mieghu izda kif urietna l-istorja fl-1998 u issa, dan mhux il-kaz.
Id-Deputati huma umani u mhux l-umani kollha l-istess.
Hemm min ma jilhaqx l-aspirazzjonijiet tieghu u allura jaghzel li jfixkel.
Il-PN haseb li se jghaddi mit-tibdil fit-tmexxija u ma jkollux riperkussjonijiet.
Gharralu.
Mhux kulhadd kien lest jahdem mal-Prim Ministru jekk mhux mill-bankijiet ta’ quddiem.
Tahseb li l-klima politika qed twassal ghall-polarizzazzjoni? Hemm mod differenti kif issir il-politika fil-fehma tieghek?
Pierre: Iva hemm mod iehor u meta tqabbel ma kif kienet il-politika 30, 20 u 10 snin ilu tinduna li hafna affarijiet inbidlu ma’ kull dicenju.
Nahseb li gejja generazzjoni ta’ politici Maltin li huma aktar Ewropej.
Dawn se jkunu inqas lesti jbieghu prodott politiku li jhares biss l-gewwa.
Nahseb li jkunu aktar preparati jghidu le fejn ma tistax tghid iva.
Nispera biss li ma jinsewx li l-politika hi mill-persuni ghall-persuni u li jzommu l-kuntatt kontinwu mal-problemi veri tal-persuni.
Kif tanalizza l-landscape politiku u partitiku taghna?
Pierre: Il-PN irid jara kif se jiggedded, jibqa’ rilevanti u ma jitfixkilx fic-cifri pozittivi li akkwista fl-ekonomija.
Il-PL iggedded izda jrid joqghod attent kemm jilghab il-karta li ‘blue is the new red’.
Ta’ xejn jahseb il-PL li jekk isir PN iehor se jmexxi bla problemi.
In-nies iridu jserrhu rashom li min se jiehu t-tmexxija tal-pajjiz ghandu pjan biex kollox jibqa’ miexi tajjeb.
Mill-paroli jrid jghaddi ghall-fatti u d-dettalji.
L-AD imissha zzarma u tmur lura ghal meta kienet fl-aqwa taghha: pressure group b’sahhtu izda li jigbor mieghu MPs miz-zewg nahat skont l-issue.
Hekk biss tkun ta’ servizz ghall-poplu.
Min miz-zewg partiti jigbed lejh lil Michael Brigulio jaghmel akkwist kbir. Nahseb li hu mudell tal-politiku modern.
Fuqiex ha tigi missielta l-elezzjoni li gejja?
Pierre: Il-PN se jghidilna: tilghabx bil-futur tieghek u ta’ wliedek, ibza’ ghal li ghandek.
Il-PL se jghidilna: biex innehhu l-antik u nippruvaw il-gdid.
Il-PN se jghidilna: li l-Labour ma nbidilx.
Il-PL se jghidilna: li ghandu pjan ghal Malta moderna.
Il-PN se jistaqsi ghad-dettalji tal-pjan tal-PL u l-PL se jippubblika pjan ambizzjuz (l-uniku pjan li mhux se jaqa’ taht l-iskrutinju tal-EU ghax jekk ikun fil-gvern il-PL dan il-pjan irid jaghmlu f’Budget u minn hemm jibda jiffacca l-muzika vera).
Nahseb li l-kontijiet se jkunu wahda mill-issues il-kbar.
Sfortunatament ix-xoghol ma jidhirx li se jkun, li tfisser li hafna qed jiehdu l-job taghhom for granted.
Il-PL huwa alternattiva ghal dan il-Pajjiz?
Pierre: Il-PL hu kbir daqs il-PN fl-appogg li jgawdi.
Il-polls qed jghidu li jgawdi l-aktar appogg bhalissa.
Jekk hux alternattiva tajba nkunu nafu jekk ikun fil-Gvern u jibda jwettaq il-policies tieghu.
Ma nahsibx li jekk jirbah il-PL ikun wisq differenti mill-PN. Kull ma jkun hemm huma ucuh differenti izda llum difficli taghmel politika differenti ghax il-partiti m’ghadhomx ihaddnu ideologiji wisq differenti.
Nahseb li jekk jirbah il-PL hafna partitarji tieghu li ghandhom nostalgija ta’ Mintoff se jiehdu xokk kbir.
Din diga’ grat lil PN.
Ghalkemm b’mod sottili, meta Dr. Gonzi ha t-tmun minn Dr. Fenech Adami, biddel hafna l-istil politiku. Gonzi ma halliex aktar problem kbar fuq l-ixkaffa, bhat-Tarzna, l-energija, divorju etc. Hafna ma felhux ghal dan it-tibdil u saru kritici vociferi tal-PM.
L-istess se jigrilu Gvern Laburista jekk jirbah.
Tahseb li l-PN ghad ghandu bizzejjed rizorsi biex ikompli jmexxi dan il-pajjiz?
Pierre: Jekk jerbah il-PN nahseb li jkun f’pozizzjoni ahjar milli kien fl-2008 biex imexxi. Ikun ghamel tindifa kbira. Ikollu politici zghar b’esperjenza Ministerjali jew fil-Parlament Ewropew. Jkunu telqu hafna minn dawk kunsidrati ‘antiki’ (anke jekk fil-PL ghad hemm Ministri tal-80’s) u nahseb li l-PM Dr. Gonzi jitlaq f’nofs il-legizlatura u johrog bl-unuri.
Min ha jirbah l-elezzjoni li gejja?
Pierre: Jirbah l-elezzjoni li gejja min ikun kapaci jitkellem il-lingwa tan-nies, min jifhem veru l-problemi ta’ kuljum u min joffri soluzzjoni vera ghalihom.





Pingback: Analizi tal-gurnalizmu skond Pierre Portelli | Andrew Azzopardi | 'Ghandi x' Nghid'
Pingback: Fil-qasam politik, “ninsabu f’salib it-toroq” jghid Portelli | Andrew Azzopardi | 'Ghandi x' Nghid'
Pingback: Partit li tilef ic-’charm’ vs Partit li ma jaffordjax jitlef elezzjoni ohra! | Pierre Portelli, Gurnalista | Andrew Azzopardi | 'Ghandi x' Nghid'