Home

Ghalfejn dhalt patri? Li kieku mhux patri x’tahseb li kont tkun/taghmel f’hajtek?

MM: Dħalt u għadni patri għax ma sibtx u ma nilmaħx aħjar. B’mod ieħor, forsi kont inkun fotogurnalista. Dawn―bil-preżenza tagħhom fl-irkejjen kollha tad-dinja―jistgħu jgħidu storja u jqanqlu l-kuxjenzi daqs l-aqwa narraturi u sellieta, jekk mhux aktar.

X’inhu l-prezz li hallast ghall-fatt li dhalt patri?

MM: Il-prezz huwa li jiena minn rajja ntrabatt li nersaq lejn ideal li hu għoli daqskemm turment: li nkun xebh tal-imgħallem Ġesù. Huwa prezz li jirrelativizza kull prezz ieħor fis-suq.

Ghadu worth it li ssir religjuz, jew illum tista’ tkun ta’ servizz hafna ahjar jekk tkun lajk?

 MM: Tista’, ovvjament. Iżda l-istat reliġjuż joffri ħafna anqas irbit għall-possibbiltà li jitwettaq is-servizz.

Il-Knisja ghadha struttura valida fis-socjeta’ taghna? Ghad ghandha identita’ li l-poplu Malti jirrelata maghha?

MM: Il-biċċa l-kbira tal-istrutturi parrokkjali għadhom jaħdmu fuq sistema ta’ ‘shopping outlets’, biex insejħilhom hekk, li ma jservux lil min ma jersaqx lejhom; u dejjem anqas nies qegħdin fil-fatt jersqu lejhom. Is-sistema ta’ ‘outreaching’ għadha ġeneralment mhijiex imħaddna jew imħaddma. Dan aktarx jiġi mill-mod kif b’mod ġenerali l-Knisja f’Malta u f’Għawdex tifhem lilha nnifisha u kif, għaldaqstant, tagħraf l-identità li għandha jew imissha jkollha. Il-persistenza f’din il-linja ta’ ħsieb tista’ eventwalment twassal għat-tixjin sħiħ tagħha nnifisha.

Inti persuna vocifera u tghid dak li thoss u tahseb – kemm kien difficli taghmel hekk u tkun patri fl-istess hin?

MM: Kien, għadu u aktarx jibqa’ diffiċli ħafna, iżda wkoll interessanti u saħansitra ħafna drabi divertenti.

Diversi jhossu li bhala patri inti involut wisq fix-xena ‘politika u pubblika’ – taqbel?

MM: Fil-gżejjer Maltin kollox hu politika. Ma naħsibx li tista’ qatt tagħmel diskors dwar il-miġja tas-Saltna ta’ Alla―mhux fil-gżejjer Maltin biss―mingħajr ma tqis sewwa u fir-reqqa s-sistemi ekonomiċi u politiċi tal-poplu.

X’analizi taghmel tas-socjeta’ maltija?

MM: Hija maqsuma fi tnejn: għandek min għamel il-Flus żejda l-ġenna tiegħu; u min in-nuqqas ta’ flus saru l-infern tiegħu. (Jekk tippermettili nżid: Xogħol il-Knisja huwa li tiddenunċja lil tal-ewwel u tifdi lil tat-tieni.)

Kif tifhem l-istat politiku taghna bhalissa?

MM: Hija qagħda ta’ delużjonijiet kbar li, fil-kumplessità tagħhom, qegħdin jirrovinaw bil-qajla l-qajla il-kwalità ta’ ħajjitna.

X’relazzjoni ghandek mal-Aricsqof Cremona?

Distanti.

Ghandhom jinghataw cans jizzewwgu r-religjuzi?

MM: Forsi ċans jista’ wieħed jiffantastika li jista’ jkollhom, għalkemm ħaġa bħal din tikkomplika l-ħajja tagħhom bla qjies. Min-naħa l-oħra, ir-reliġjużi jagħżlu huma li ma jiżżewġux, anzi saħansitra li ma jkollhom ebda rabtiet affettivi pertikulari ma’ ħadd. Ir-raġuni hi li l-imħabba waħda tagħhom għandha tkun Alla, u Alla biss. Fil-fatt, Alla waħdu biżżejjed.

Kieku kien hemm din l-option (li tizzewwgu) kont taghzilha int?

MM: Le.

X’rwol ghandha l-filosofija fil-mod kif nghixu?

MM: Il-filosofija hija dixxiplina tal-ħsieb. Mingħajrha nintelqu għal ħafna irrazzjonalitajiet u illużjonijiet li, fl-aħħar mill-aħħar, isawru ħajja falza u mnikkta. Minn hawn jiġi li r-rwol tal-filosofija hija tagħmilna umli, paċenzjużi u ħielsa.

X’inhi d-differenza ewlenija fil-mod kif imexxi l-Knisja l-Arcisqof Mercieca u l-Arcisqof Cremona?

MM: Sustanzjalment, xejn. Id-differenza naraha biss aċċidentali: fix-xeħta u l-qagħda.

Thoss li hija ingusta li qassisin bhalek jigu mwiddba kontinwament mil-Knisja u mibghuta ghar-redenzjoni f’xi pajjiz imbieghed?

MM: Ma narahiex inġusta. Naraha biss konsegwenza loġika ta’ fasla mentali.

X’inhu l-hsieb wara t-twaqqif tal-Fondazzjoni tal-filosofija f’Malta?

MM: Li kieku ma ġietx nieqes ħesrem, kien ikun Fr. Peter Serracino Inglott il-fundatur u ċ-Chairperson tagħha. Meta hu u jien konna qegħdin infassluha, il-ħsieb tagħna kien li l-fondazzjoni, l-ewwel, iġġib flimkien lil kulmin iħobb il-filosofija fil-gżejjer Maltin, it-tieni li tħeġġeġ, issaħħaħ u tkabbar l-attività filosofika fostna, u t-tielet li tagħti sehem soċjali permezz tal-filosofija.

Sena wara ghadek bl-istess fehma li taqbel mad-divorzju?

MM: Ċertament.

Taqbel li Hon Dr Carm Mifsud Bonnici kellu jitnehha minn Ministru anke ghax hemm problemi li seta jaghmel aktar fuqhom fil-habs?

MM: Le, ma naqbilx. Huma x’inhuma l-problemi. Ukoll jekk Dr. Carm seta’ ma kienx aħjar minn xi Ministri oħra, seta’ wkoll ma kienx agħar minn oħrajn. Ma naħsibx li kien jistħoqqlu li jiġi magħżul minn fost il-bqija għal trattament simili. Pjuttost, inqis l-umiljazzjoni li ġarrab bħala att ta’ vendikazzjoni baxxa.

Ghalfejn din il-kwazi ‘fissazzjoni’ tieghek f’Manwel Dimech?

MM: Dimech huwa dak kollu li aħna m’aħniex u dak kollu li aħna nistgħu nkunu. (‘Aħna’ fis-sens ta’ Maltin u Għawdxin.) Huwa dak kollu li jmissna nkunu.

www.andrewazzopardi.org

One thought on “Fr Mark Montebello f’ intervista ma’ Andrew Azzopardi fis-SERJE | ‘Time To Answer’

  1. Pingback: Il-Knisja ‘shopping outlet’? | Fr Mark Montebello fuq ‘Time to Answer’ | Andrew Azzopardi | 'Ghandi x' Nghid' (I have something to say)

Many thanks for your comments...keep posting...

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s