Home

Għal sena oħra qed tittella’ l-maratona tar-roti fl-iskola tal-Liċeo tal-Ħamrun.

Madanakollu, wara l-mewt ta’ Igor Scicluna li kien student fl-istess skola, l-fondi miġbura bdew imorru biex jinxtraw magni tal-AED.

Dawn il-magni jistgħu jsalvaw ħajja u li setgħet salvat ħajjet Igor.

Sena u tlett xhur ilu, Igor ħassu ħażin waqt li kien qed jilgħab ma’ sħabu fil-grawnd tal-iskola u 12-il ġurnata wara waqfitlu qalbu u miet.

Ma’ Newsbook.com.mt missier Igor, Alfred Scicluna spjega kemm hu importanti li l-iskejjel ikollhom il-magni tal-AEDs u kemm l-affarijiet setgħu kienu differenti li kieku l-iskola kellha magna bħal din meta ġara l-inċident ta’ Igor.

Maris Zahra, mis-Soċjetà Nazzjonali tas-Salvataġġ Malta spjegat ukoll kemm huwa importanti li niddistingwixxu bejn persuna mitlufa minn sensiha imma tkun qed tieħu n-nifs u persuna li ma tkunx qed tieħu n-nifs.

Filfatt, il-magna tal-AED għandha tintuża biss meta l-persuna mitlufa minn sensiha ma tkunx qed tieħu n-nifs.

L-AED tispjegalek pass pass x’għandek tagħmel u meta jkun hemm bżonn tagħti xokkijiet lill-qalb b’mod awtomatiku.

Kull magna tal-AED tiswa mhux anqas minn €1,600 u s’issa diġà tqassmu 75 magna fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex.

Filfatt, l-għan tal-maratona hu li jinġabru biżżejjed flus biex kull skola jkollha AED u wara tibda l-ħidma fuq iċ-ċentri sportivi tat-tfal u ż-żgħażagħ.

Filmat: Reel8 Productions

Many thanks for your comments...keep posting...

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s