Home

Soċjetà, ekoloġija u kontabbilità kienet it-tema magħżula mill-Alternattiva Demokratika għall-ewwel dibattitu minn tlieta tal-Awtorità tax-Xandir għall-kampanja tal-Kunsilli Lokali.

Il-kandidat tal-Alternattiva Demokratika Ralph Cassar saħaq li trid tinstab soluzzjoni għall-problemi tal-Kunsilli u kif jistgħu jiżdiedulhom il-fondi.

Ikkritika skemi fejn il-Kunsilli jridu jidħlu bi sħab mal-privat sakemm jagħmlu profitt u staqsa kif tista’ tagħmel profitt minn skemi bħalma huma dawk edukattivi jew tar-restawr.

Cassar qal li għall-fondi pubbliċi jrid ikun hemm proċess li jkun verament trasparenti.

Denise Cutajar, kandidata tal-Partit Laburista qalet li l-Gvern Laburista għalaq il-power station tal-Marsa wara biss sentejn.

484652-400xNone

Qalet li l-kontijiet orħos tal-enerija se jissarfu f’€70 miljun aktar fil-but tan-nies.

Semmiet l-inizjattivi li għamel il-Gvern biex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol bħaċ-ċentri taċ-child care.

Tkellmet fuq is-saħħa u qalet li minn 130 mediċina out of stock dawn niżlu għal ħamsa u ġew eliminati il-listi ta’ stennija għal bosta operazzjonijiet.

Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Robert Cremona qal li bil-politika tal-passat tal-Gvern, in-nies qed jitilfu l-fiduċja fil-politiċi.

Semma iż-żewġ rapporti tal Awditur Ġenerali li jirrimarkaw fuq governanza fqira.

Dwar ir-rapport fuq il-każ ta’ Cafè Premier, qal li l-Prim Ministru beda biex jiddefendi l-każ iżda imbagħad qal li seta’ sar aħjar.

Cremona enfasizza li dawn huma temi li fuqhom qed jitkellmu u se jivvutaw in-nies f’din l-elezzjoni.

James Cassar, kandidat għall-Partit Nazzjonalista irrefera għar-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq il-hedging ma’ Socar fejn qal li bl-indħil tal-Ministru Konrad Mizzi, in-nies kienu qed iħallsu aktar għall-fuel.

Sostna li d-deċiżjonijiet qed jittieħdu minn ftit persuni fil-Gvern.

Staqsa kif tista’ tgħid li għandek fiduċja fil-Kunsilli meta ftit nies jiddeċiedu flok jinvolvu lin-nies.

Qal li l-Partit Laburista mhux veru jemmen fid-deċentralizzazzjoni tad-deċiżjonijiet.

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela, li mhux se jikkontesta l-elezzjonijiet lokali imma ħa sehem fid-dibattitu qal li tradizzjonalment dejjem kellu jkun il-Partit Laburista li jagħti id-dritt tal-vot lin-nies, bħall-vot lin-nisa u issa l-vot li dawk li għandhom 16-il sena.

Filwaqt li faħħar id-deċiżjoni li din il-power station tingħalaq, sostna li l-Partit Nazzjonalista qatt ma kellu pjan biex verament iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Many thanks for your comments...keep posting...

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s