Home

Read on

L-eks Kummissarju Ewropew John Dalli qed isostni li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u d-Direttur Ġenerali tal-OLAF Giovanni Kessler huma ħbieb kbar.

Sostna li b’rispett lejn it-trasparenza, Simon Busuttil għandu jispjega lill-poplu Malti għadd ta’ affarijiet, fosthom x’tip ta’ ħbiberija għandu ma’ Kessler u jekk din il-ħbiberija hix waħda li ilha eżistenti jew inkella żviluppatx dan l-aħħar. Qal ukoll li Busuttil jew Kessler għandhom jagħtu d-dettalji tal-laqgħat li kellhom minn mindu Kessler laħaq Direttur Ġenerali tal-OLAF, il-kuntest tal-laqgħat u jekk inżammewx il-minuti ta’ dawn il-laqgħat.

Fl-istqarrija li bagħat lill-midja, l-eks Kummissarju Ewropew ressaq ukoll għadd ta’ mistoqsijiet li jixtieq lil Simon Busuttil iwieġeb rigward il-ħbiberija tiegħu ma’ Giovanni Kessler.

 

Reazzjoni Simon Busuttil

Min-naħa tiegħu Simon Busuttil qal li għal John Dalli, li jitradixxi lill-partit tiegħu stess u li joħloq ħsara kbira għar-reputazzjoni ta’ Malta fi Brussell ma kinitx biżżejjed; issa jrid ukoll jiffabrika gideb dwaru.

Sostna li l-hekk imsejħa “ħbiberija” li għandu ma’ Giovanni Kessler hi biss l-immaginazzjoni tal-eks Kummissarju Ewropew u qal li qatt ma attenda laqgħat miegħu.

Qal li l-ewwel darba li qatt kellem lil Kessler kien il-ġimgħa l-oħra meta nżerta fuq l-istess titjira tiegħu lejn Brussell. Spjega li Kessler kien ġie Malta biex jippreżenta evidenza fil-Qorti filwaqt li hu kien sejjer Brussell biex jattendi summit tal-PPE.

Simon Busuttil temm billi qal li jekk irid ikompli jkun ta’ imbarazzament u jixtieq ikompli jgħix gidba, jista’ jagħmel hekk kemm irid, imma m’għandux idaħħlu fil-kwistjoni.496144-400xNone

Many thanks for your comments...keep posting...

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s