Home

Fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, kollox jinsab lest għar-referendum u l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Iċ-chairman tal-Kummissjoni Elettorali, Joe Church, spjega kif il-proċess għar-referendum beda fis-6 ta’ Jannar li għadda meta l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca iffirmat ir-writ għar-referendum u l-Kunsilli Lokali.

Skont ir-reġistru elettorali ta’ Jannar li għadda, għar-referendum huma eleġibbli li jivvutaw 338,447 persuna bil-maġġoranza jkunu nisa.

Il-Kummissjoni Elettorali qalet li sad-9 ta’ filgħaxija tat-Tlieta, ma nġabrux 24,352 vot għar-referendum u 34,305 voti għall-Kunsilli Lokali.

Iċ-ċans li jinġabar il-vot miċ-ċentru fin-Naxxar għall-Maltin u mill-uffiċċju tal-karta tal-identità fir-Rabat Għawdex, għall-Għawdxin, hu sa nofsillejl tal-Ħamis.

Ir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa se jkun is-seba’ referendum li se jsir f’Malta u Għawdex f’145 sena.

L-ewwel referendum kien sar fl-1870.  Fl-4 ta’ April li għadda saret l-ewwel sessjoni ta’ votazzjonijiet għal dawk li se jkunu msefrin fi tmiem il-ġimgħa.506111-400xNone

Il-Ħamis se ssir il-votazzjonijiet fl-isptarijiet. Minbarra f’San Vinċenz, li diġà ivvutaw, il-Ġimgħa se jivvutaw l-assistenti kummissjonarji u s-Sibt issir il-votazzjoni ġenerali fl-iskejjel.

Fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali se jivvutaw għall-ewwel darba ż-żgħażagħ li għandhom bejn 16 u 18-il sena. Dawn jammontaw għal aktar minn 4,300 filwaqt li se jkunu jistgħu jivvutaw 101 persuna ta’ nazzjonalità oħra Ewropea.

Fost aktar minn 340 kandidat iridu jinħatru 224 kunsillier.

Għall-votazzjoni, fl-iskejjel se jkun hemm 610 kaxxi li minnhom 300 huma għall-Kunsilli.

Fin-Naxxar, il-Ħadd li ġej, l-ewwel li se jingħaddu se jkunu l-voti tar-referendum filwaqt li dawk tal-Kunsilli Lokali se jingħaddu ġimgħa wara, fis-Sibt 18 ta’ April.

Ir-riżultat uffiċjali tar-referendum hu mistenni għall-ħabta tal-4 ta’ wara nofsinhar.

Peress li huwa referendum abrogattiv, f’ċans li ma jivvutawx il-50% u wieħed ta’ dawk li huma eleġibbli li jivvutaw, xorta waħda se jsir l-għadd tal-voti biex jiġi stabbilit riżultat.

Il-Kummissjoni Elettorali spjegat li fl-2019 se ssir l-elezzjoni fit-68 lokalità f’daqqa għall-Kunsilli Lokali u se tkun abbinata mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.  – newsbook

Many thanks for your comments...keep posting...

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s