Home

Il-Papa Franġisku ċempel lil Salvatore Mellone li nhar il-Ħamis li ġej se jiġi ordnat saċerdot mill-Arċisqof ta’ Trani fl-Italja.

Inkoraġġih biex ma jaqtax qalbu u jkompli jemmen f’Alla. “L-ewwel barka li se tagħti bħala saċerdot se ttiha lili”, qallu l-Papa.

Salvatore Mellone, seminarista ta’ 38 sena ħakmitu marda kiefra li waslet f’fażi terminali. Għalhekk, l-ordinazzjoni saċerdotali se tingħatalu fid-dar tiegħu f’Barletta fin-naħa t’isfel tal-Italja.

L-Arċisqof ta’ Trani ddeċieda li jqassar il-kors tas-Seminarju għal Salvatore Mellone biex ikun jista’ jiġi ordnat saċerdot qabel ma jmut għaliex fi kliemu huwa jgħid li “anke ġurnata waħda ta’ seċerdozju tista’ tkun għalih it-tifsira tal-proġett li Alla ħejja għalih.”

513789-400xNone

Many thanks for your comments...keep posting...

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s