Home

Mill-bieraħ stess, Malta bdiet taħdem fuq l-organizzazzjoni ta’ summit straordinarju iktar tard dan is-sena, li fih se jiltaqgħu madwar 50 mexxej ta’ pajjiżi differenti mill-Ewropa u mill-Afrika.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal dan fil-Parlament dalgħodu, li fetaħ għal darb’oħra fil-bini tal-Palazz tal-President biex fih saret seduta straordinarja l-għada ta’ summit straordinarju tal-Kunsill Ewropew dwar l-immigrazzjoni.

Joseph Muscat qal li b’dan is-summit f’Malta, se jiltaqgħu għall-ewwel darba pajjiżi minn fejn joriġinaw l-immigranti, minn fejn jgħaddu, minn fejn jitilqu, fejn jispiċċaw u fejn iridu jmorru. Qal li Malta hi kburija li għal darb’oħra qed terġa’ sservi l-missjoni tagħha li tkun pont bejn l-inħawi differenti.

Waqt li rringrazzja lill-forzi tal-ordni Maltin għall-ħidma tagħhom biex isalvaw l-immigranti, Joseph Muscat tenna l-punti prinċipali li dwaru kien hemm qbil fis-summit tal-bieraħ, jiġifieri l-ġlieda kontra t-traffikanti, waqt li jsir dak kollu possibbli biex jiġu salvati l-ħajjiet. Se ssir ħidma wkoll kontra l-kontenut onlajn li permezz tiegħu dawn il-persuni jagħmlu kuntatt.

Insista li ħadd mhu jgħid li se jsiru xi interventi fil-Libja, iżda li l-partijiet fil-Libja jiġu mitluba jgħinu. Saħaq li hu ċert li d-deċiżjonijiet tal-bieraħ diġà qed jinkwetaw lit-traffikanti waqt li tenna li dgħajsa bħal dik li għerqet nhar il-Ħadd iġġib bejn $1m (€918,831) u $5m ( €4.59 miljun) qligħ lill-kriminali. 522024-400xNone

Many thanks for your comments...keep posting...

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s