Home

Hekk kif illum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Erin Tanti, li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Lisa Maria Zahra, fil-Qorti llum deher xhud wieħed, espert barrani tat-tossikoloġija.

L-espert Michael Scottham, qal li Lisa Maria Zahra kellha livell għoli ta’ aspirina fid-demm. Spjega li dan jindika li ħadet “ammont kbir” ta’ pilloli ta’ aspirina ftit qabel mietet.

Madanakollu, qal li ma kienx dan li kkawża l-mewt tagħha.

Mit-testijiet tossikoloġiċi rriżulta wkoll li ma kien hemm l-ebda traċċi ta’ alkoħol fid-demm ta’ Lisa Maria.

Scottham spjega kif ġeneralment dożi għolja ta’ aspirina jikkawżaw uġigħ fl-istonku u emoraġija interna, imma ma jkollhom l-ebda effett fuq il-funzjoni tal-moħħ.

Żied jgħid li dożi żgħar jistgħu jkunu fatali jekk il-persuna tkun allerġika għall-aspirina.

Lisa Maria Zahra kienet ittellgħet mejta mill-irdum ta’ Ħad Dingli fid-19 ta’ Marzu tal-2014.534794-400xNone

Many thanks for your comments...keep posting...

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s