Home

Waqt il-programm Ghandi xi Nghid fuq Radju Malta il-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici tkellem dwar id-dibattitu li hawn biex isehh revizjoni tal-Kostituzzjoni.  Jghid illi l-Kostituzzjoni mhemmx htiega li tinbidel fl-intier taghha anzi ghadha valida hafna u komparabbli ma’ kostituzzjonijiet ohra fid-dinja tal-Punent, cioe’ ibbazata fuq is-separazzjoni tal-poteri u d-drittijiet tal-bniedem.

Il-President Emeritu ikompli jghid li ghad mhawnx proposta preciza ghal tibdil Kostituzzjonali. Jghid li min irid ibiddel il-kostituzzjoni jew mhux qed jiddikjara ruhu jew jisthi jiddikjara ruhu.  Fil-fatt qal li fil-fehma tieghu mhux qed jigu kkontestati xi artiklu minn iehor, jew hemm xi principju li qed isostni xi hadd li ghandu bzonn jinbidel.

Ikompli jghid li ‘l-President’ m’ ghandux ikollu hafna poteri halli meta jkun hemm htiega li jesegwix rwol ta’ decizjoni ma jkunx mittifes minn decizjonijiet li jkun ha.

Jinsisti illi li tnehha l-Kostituzzjoni u tibda mill-gdid hija proposta zbaljata’.  Jghid li l-ideja biss tat-tieni Repubblika mhiex f’ postha. Madankollu lil Prezentatur Andrew Azzopardi ikompli biex jghidlu li jissuggerixxi li l-wirt Nazzjonali bhall-Kattidral ta’ San Gwann, Sant Anglu, it-tempji neolitici, ghandhom jigu salvagwardjati u jinghataw garanzija fil-Kostituzzjoni kif ghandha tkun ukoll l-edukazzjoni terzjarja b’ xejn.

Jghid li l-Kostituzzjoni li trid taghmel huwa li tkabbar certa garanziji li naqblu fuqhom.

Il-President Emeritu tkellem ukoll dwar il-karriera tieghu, is-successi u d-dizappunti li kellu fil-hidma tieghu, il-valuri li ddistingwew il-hajja tieghu, l-izvilupp politiku f’ pajjizna u anke jitkellem dwar il-planning authority.

Many thanks for your comments...keep posting...

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s